Fil-pajjizi taz-zona ewro il-prezz tal-gass bhala medja zdied biss b’1%
L-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi regghet awtorizzat zieda qawwija ohra fil-prezz tal-gass, it-tielet wahda f’temp ta’ ftit xhur. Propju kif kienet bassret din il-gazzetta fi Frar li ghadda, il-prezz ta’ cilindru ta’ 12 -il kilogramm ghola minn €10.50 ghal €13.90. Il-prezz ta’ cilindru gass tal-10 kilos issa ghola minn €9 ghal €11.80, filwaqt li l-prezz ta’ cilindru gass ta’ 15 -il kilo ghola minn minn €13 ghal €17.
Ghalkemm l-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi ppruvat tiggustifika din il-qabza fil-prezz minhabba z-zieda fil-prezz internazzjonali tal-gass, Gavin Gulia l-kelliem Laburista ghall-Ekonomija qal illi l-prezz tal-gass fil-pajjizi taz-zona ewro zdied bhala medja b’1% biss, mentri f’Malta kwazi ttripla.
L-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi pprecizat illi ddecidiet li tawtorizza dawn iz-zidiet minhabba li ghola l-prezz tal-gass propane u butane.
L-Awtorità qalet ukoll li l-kumpannija Liquigas li tibbottilja l-gass f’Malta kienet talbet biex jigu awtorizzati zidiet iktar gholjin, imma l-formula wzata minn Liquigas biex inhadmu r-rati godda proposti ma gewx accettati mill-MRA.
Madankollu, meta wiehed janalizza u jqabbel kemm zdied il-prezz tal-gass ghall-pajjizi l-ohra taz-zona ewro u tal-Unjoni Ewropea bejn Awissu 2009 u Mejju 2010, jidher car li Malta rregistrat l-akbar zieda fil-prezzijiet b’madwar 32%. Dan meta z-zieda medja ghall-pajjizi l-ohra taz-zona ewro kienet biss ta’ 1%.
L-aktar pajjizi li wrew zieda fil-prezz wara Malta kienu s-Slovenja u Cipru, b’zieda ta’ madwar 16% u 15% rispettivament, li hi nofs iz-zieda ta’ Malta.
Minkejja li baqa’ ma naqasx il-piz tat-taxxi minn fuq min ihallas it-taxxa kif kien gie mwieghed fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista tal-2008, il-pizijiet fuq il-konsumatur Malti komplew jizdiedu bit-tnehhija tas-sussidju minn fuq il-prezz tal-gass, xi haga li mkien ma kienet tissemma f’dan il-programm elettorali li kien fih xejn anqas minn 72 pagna u 353 weghda elettorali.
Il-privatizzazzjoni tal-importazzjoni, hazna u bbottiljar tal-gass LPG fic-cilindri li ghadda mill-Enemalta ghal ghand il-kumpannija Gasco Energy Limited, konsortium bejn il-kumpannija Taljana Liquigas SpA u l-kumpannija Maltija Multigas Limited, ghall-konsumatur Malti ma fissret xejn hlief zidiet qawwija fil-prezz, fejn il-prezz kwazi ttrippla f’temp ta’ ftit xhur.
Meta kien gie ffirmat il-ftehim tal-privatizzazzjoni bejn l-Enemalta u l-kumpannija Gasco Energy Limited kmieni s-sena li ghaddiet, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien qal li b’dan il-ftehim kien se jgawdi l-konsumatur Malti.
F’April tas-sena li ghaddiet, ftit wara li thabbret il-privatizzazzjoni, il-prezz ta’ cilindru gass ta’ 12 -il kilogram, l-aktar daqs ta’ cilindru li jinbiegh, kien ghola minn €5.40 ghal €7.40, biex imbaghad f’Awwissu tal-istess sena l-prezz kien rega’ ghola minn €7.40 ghal €10.50. Issa bl-ahhar qabza, il-prezz tela’ ghal €13.90.
Ghall-konsumatur dawn ma kienux l-unici zidiet li kellu jgarrab meta jixtri cilindru tal-gass. Anki d-depozitu fuq ic-cilindru spicca ghola u mhux bi ftit, minn €18.63 ghal €25 , zieda ta’ kwazi €7.
Però mill-investigazzjonijiet li ghamlet l-Awtorità Maltija tar-Rizorsi, ma rrizultaliex li dan il-fenomenu kien xi wiehed mifrux.
Sadattant bl-iskop li jtaffi ftit mill-impatt ta’ din iz-zieda qawwija fil-prezz tal-gass, il-Gvern habbar ziediet fil-beneficcju tal-energija li huma ntitolati ghalihom madwar 13,000 familja, meta f’Malta hawn 140,000 familja.
Tassew kurjuz il-mod kif inghatat l-ahbar taz-zieda fil-prezz tal-gass mis-sit elettroniku tal-PN maltarightnow.com li habbret bi prominenza l-ahbar taz-zieda tal-beneficcju tal-energija li affettwa 10% tal-familji Maltin u hbiet l-ahbar taz-zieda fil-prezz tal-gass li taffettwa 90% tal-familji Maltin.

| < Prev | Next > |
|---|








FTM