Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kompla ghaddej bis-sistema li qabad f’dawn l-ahhar xhur, li juza l-mezzi tal-Istat u karigi pubblici biex jipprova jzomm kwieti lid-deputati parlamentari tieghu li baqghu b’xiber imnieher u barra mill-Kabinett zghir li jiftahar bih Dr. Gonzi.
F’Marzu li ghadda Gonzi hatar tmin assistenti parlamentari f’irwol mill-aktar inutli jekk mhux biex dawn jidhru fir-ritratti wara xi ministru u biex forsi jsibuha aktar facli biex jaghmlu xi pjacir ‘l hemm u ‘l hawn. Il-hatra tal-assistenti parlamentari ma gietx b’xejn imma bi hlas minn flus il-poplu biex Gonzi jkun jista’ jsodd it-toqob minn fejn kien gej l-inkwiet ghal wiccu minn go hdan il-Grupp Parlamentari.
Dakinhar li thabbret il-hatra tat-tmin assistenti parlamentari, kien intqal li David Agius inghata r-responsabbiltà li jikkoordina l-hidma tal-assistenti parlamentari, u fl-istess hin kien gie promoss ghall-front bench bhala Whip tal-Gvern. Imma kif jghid il-qawl Taljan, ‘l’appetito vien mangiando’ u anki David Agius thajjar li jkollu wkoll dan ir-rwol li jidher fir-ritratti, ghax bla kliem u bla sliem u minghajr ebda tahbira ufficjali, qed jinghad li Agius huwa assistent parlamentari fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Il-gimgha li ghaddiet David Agius deher qiesu kandelabra fl-isfond tar-ritratti ufficjali tal-laqghat li saru bejn il-Vici-Prim Ministru Tonio Borg u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Izraeljan Avigdor Liebermann. Li mhuwiex jinghad però hu li skont dak li kien habbar Gonzi stess meta hareg b’din it-trovatura ta’ dan it-tapp tal-assistenti parlamentari biex jaghlaq l-emoragiji li kellu fi hdan il-grupp parlamentari tal-PN, suppost li l-assistenti parlamentari jinhatru minn fost il-back-benchers tal-Gvern. Biex issa gie mahtur ukoll inkiss inkiss David Agius, meta dan bhala Whip huwa front-bencher.
Aghar mill-hatra tal-assistenti parlametari, hatra innokwa u bla sens imma li kompliet iddahhal fl-ispejjez lill-poplu Malti, hemm il-hatriet ta’ natura teknika li qed jimtlew b’nomini partiggjani. Wara l-hatra tad-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando li gie mahtur Chairman tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknologija, u l-hatra tal-eks Deputat Nazzjonalista Helen Damato li giet mahtura Kummissarju tat-Tfal, issa thabbret in-nomina tal-eks Ministru Nazzjonalista Censu Galea li wara li gie mahtur Deputat Speaker ftit tal-gimghat ilu, issa gie mahtur ukoll bhala Chairman tal-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini (il-BICC).

| < Prev | Next > |
|---|






