Ilbierah, waqt konferenza gewwa l-Grand Hotel Excelsior organizzata mill-MEUSAC, l-ekonomista u l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Prof. Edward Scicluna tkellem dwar il-bzonn li nkunu realistici meta nharsu lejn il-vizjoni ekonomika tal-2020-2015.
Prof. Scicluna sostna li kuncett baziku tal-ekonomija jghid li waqt ricessjoni in-nies ghandha bzonn tonfoq izjed waqt li thallas inqas taxxi, u mhux il-kontra. Meta l-Gvern jghid li ma jistax inaqqas it-taxxi minhabba l-krizi ekonomika jkun qed ikompli jgharraq is-sitwazzjoni.
Il-Profs Scicluna sostna li problema ohra milli ghandha Malta hija li l-Gvern mhux qed jiehu bis-serjetà it-tibdil ekonomiku li hemm bzonn issir, u minflok ghadu jahdem bil-mentalità kolonjali li joqghod isserrah fuq il-‘convoy’ li jmiss…fuq progetti bhal m’huma Smart City, Valletta Project u l-Sports Village fil-White Rocks li lilhinn mill-mertu taghhom, il-Gvern juzahom biss bhala salvawomu Biex l-ekonomija verament titjieb, hemm bzonn li naghmlu sett ta’ miri fissi u nkunu certi li nilhquhom.
Scicluna semma kif minkejja dak li jghid il-Gvern li Malta hija wahda mill-ftit pajjizi li ma hargitx wisq imbengla mir-ricessjoni internazzjonali, jekk thares lejn l-istatistika ufficcjali tal-Eurostat issib li l-esportazzjoni tal-manifattura fl-2009 waqghu b’25% (it-tielet l-akbar waqgha fl-Unjoni Ewropea; il-bed nights fit-turizmu f’Malta waqghu b’14% mentri l-medja Ewropea kienet ta’ 9%; il-bejgh bl-imnut f’Malta naqas b’7% , mentri fil-bqija tal-UE t-tnaqqis kien ta’ 2%; l-attività fil-kostruzzjoni f’Malta naqset bi 2.5% mentri fil-bqija tal-UE t-tnaqqis kien ta’ 1.7%.

| < Prev | Next > |
|---|






