Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iz-zwiemel tal-karozzini minsijin fis-shana qalila

E-mail Print PDF
Share

Il-Moviment Graffitti il-bierah fakkar lill-awtoritajiet fil-weghdiet fiergha li ilhom jaghmlu sabiex jiehdu azzjoni konkreta biex jassiguraw il-harsien u d-drittijiet taz-zwiemel tal-karozzini. Rega’ wasal sajf iehor u s-sitwazzjoni li hafna ghaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali dejjem ihambqu fuqha ghadha sfortunatament l-istess. Iz-zwiemel tal-karozzini ghadhom bla xelter adekwat fuq rashom, b’mod li jkollhom jaghmlu gurnata shiha f’xemx taqli, minghajr l-ebda tip ta’ lqugh u facilitajiet ohra bhal ilma frisk.

Il-Moviment Graffitti sostna illi sakemm dawn iz-zwiemel tal-karozzini ghandhom jintuzaw fit-triq, dawn in-necessitajiet bazici ghandhom jigu ndirizzati b’mod immedjat. Il-Moviment sostna illi “huwa ghajb kbir ghal Malta li waqt li tippromwovi l-karozzin bhala aspett turistiku, qedha fl-istess hin turi n-nuqqas ta’ rispett lejn id-drittijiet tal-annimali li ghadu jezistu f’dan il-pajjiz.”

Il-Moviment Graffitti tenna li ‘’ma nistghux nifhmu ghaliex haġa semplici bhal din qedha tiehu snin twal sabiex tigi ndirizzata kif misthoqq u ghalhiex minn sajf ghal iehor xorta jibqa’ ma jsir xejn sabiex titranga b’mod adekwat din is-sitwazzjoni’’.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata