F’pajjizna mhux soltu naraw kotba li jqajmu mistoqsijiet fuq it-taghlim tal-Knisja. Ftit snin ilu l-ktieb kontroversjali kien Da Vinci Code. Fl-ahhar xhur, ktieb simili u forsi iktar ahrax, li ghamel success f’pajjizi ohra huwa ‘The Book of Secrets’. F’intervista esklussiva, Randolph De Battista tkellem mal-awtur Awstraljan, ta’ dixxendenza Maltija, Carlo J Vella dwar l-effett ta’ dan il-ktieb fuq il-Kattolici, u dwar ir-rabta tieghu ma’ Malta. Vella, li llum il-gurnata jghallem l-Ingliz f’Barcellona, jghid li wiehed ghandu jkun kapaci jinterpreta l-letteratura b’mohh miftuh, u jitkellem ukoll dwar ic-censura, fosthom anke dwar il-kaz tal-gazzetta fl-Università.
Bejn kikkra kafè u ohra, u bix-xena tal-Port il-Kbir faccata, dhalna f’diversi aspetti marbuta mal-ktieb ta’ Carlo, liema ktieb huwa maqsum fi tliet partijiet, bit-tielet parti se tkun ambjentata kollha f’pajjizna, il-pajjiz li Carlo jzur ta’ kull sena. Çerti rakkonti fuq il-Papa u x-xitan, u l-omosesswalità huma ftit mill-punti li f’pajjizi ohra sabuhom interessanti, izda f’Malta dizgustanti. Izda huwa jenfasizza li fil-ktieb tieghu mhux kollox hu fatti.
“Jien m’iniex persuna li nippretendi li naf kollox, ghax fid-dinja dejjem hemm xi hadd li jaf iktar minnek. Kull ktieb jew bicca ricerka li taqra, ma tistax tkun cert li dak li qed taqra huwa fatt.
Perezempju jekk taqra d-Da Vinci Code ta’ Dan Brown, u ma tkunx taf l-istorja, tibda tistaqsi jekk hux vera jew le. Jien dejjem nghid li ghandek taqrah b’mohh miftuh.
Meta nikteb fatti mill-istorja, dejjem inzid maghhom elementi ta’ finzjoni. Jigifieri nenfasizza li dik li se jaqraw in-nies fil-kotba tieghi hija finzjoni.”
Meta staqsejtu ghalfejn juza dan l-istil qal li jrid igib l-istorja fis-Seklu 21.
“Jien ghandi tifel ta’ ghoxrin sena u nista’ ngib ezempju bih. Illum, specjalment maz-zghazagh, jekk nikteb ktieb fuq l-istorja, mhux se jsibuh attraenti u interessanti. Imma jekk inzid elementi ta’ finzjoni mal-istorja, se nattirhom iktar. F’dan kollu ma nbiddilx il-fatti, izda nzid maghhom. Nuza dan il-metodu biex ingib l-istorja fis-seklu 21.”
Il-ktieb tal-angli
“Konna nghixu Malta meta kont zghir, u niftakar lill-qassis dejjem jghidilna l-istorja tax-xitan fuq ix-xellug u l-bambin fuq il-lemin, allura kont noqghod attent ghax ix-xitan qieghed jarani. Dawn huma affarijiet li tahsibhom meta tkun ghadek zghir.
Imbaghad tul is-snin bqajt interessat f’dawn l-affarijiet u bdiet tinteressani wkoll l-Antropologija, jigifieri l-istudju fuq il-bniedem u l-kulturi. Fis-sitt snin li domt nikteb dan il-ktieb bqajt dejjem niftakar f’meta kont zghir.
Kienu qaluli storja li hemm ktieb miktub mill-angli u sibt din it-tema interessanti. Allura bdejt infittex l-istorja wara dan il-ktieb. Minkejja li sibt l-istorja, ghad m’hemm l-ebda evidenza tangibbli li dan il-ktieb vera ezista. Ghalhekk ghedtlek li jien nikteb fuq dak li nirricerka, imma peress li m’hemmx provi konkreti, indahhal il-finzjoni.”
Tlabtu jispjega fuq fuq kif tmur l-istorja.
“‘The Book of Secrets’ huwa bbazat fuq il-ktieb tal-angli u fuq ricerka tal-Kavallieri Templari, li jien ammiratur kbir taghhom. Nies li rricerkaw fuq dawn il-Kavallieri jemmnu li dawn kellhom hafna tezori, fosthom il-lizar ta’ Kristu, u ktieb li jmur lura iktar minn 5,000 sena.
Jezistu erba’ kotba, wiehed originali u tlieta kopji, minghajr hadd ma jaf liema huwa l-originali. U l-istorja hija thriller ta’ dawk li jridu jakkwistaw il-ktieb originali, fosthom il-Vatikan.
Kollox huwa bbazat f’diversi postijiet madwar Ruma, u l-istorja tispicca f’Barcellona. Hija girja bejn dawk li jridu l-ktieb, u bhal kull storja, hemm in-nies il-hziena li jridu jzommu l-ktieb ghalihom, u n-nies it-tajbin li jridu jipprotegu l-ktieb mill-hazen.”
Mhux spirat minn Dan Brown
Ghedtlu li xhin taqra partijiet mill-ktieb, tiftakar f’Da Vinci Code ta’ Dan Brown. Staqsejtu jekk kienx spirat minn dan il-ktieb.
“Jiena bdejt nikteb il-ktieb qabel Dan Brown, però kif kulhadd jaf, l-istorja li kiteb Dan Brown kienet originarjament storja li nkitbet fis-snin 70. Fil-ktieb tieghi ma ppruvajtx nikteb biex ninstema’ bhal Dan Brown u n-nies jixtru l-ktieb tieghi, imma dan huwa l-istil tieghi.”
“Fil-fatt iz-zewg kotba l-ohra tieghi kienu simili fuq l-istess stil. Naf li jkun hemm min jghid li ridt nikkopja lil Dan Brown, imma jien m’ghandix kontroll fuq x’jahsbu n-nies.”
Kif intlaqa’ l-ktieb f’pajjizi ohra?
“F’Barcellona l-artisti u kittieba huma apprezzati hafna u fejn nghallem jiena malajr griet il-kelma li wiehed mill-ghalliema hareg ktieb, allura kienu interessati hafna, anke jekk originarjament il-ktieb hareg bl-Ingliz.
Imbaghad fi ftit zmien bdejt nircievi emails minghand nies li ma nafhomx, li xtaqu kopja tal-ktieb u minn hemm ksibt certu rispett. Il-fatt li nofs il-ktieb huwa bbazat fuq Barcellona u l-istorja tal-post, ghamel il-ktieb iktar interessanti, bla dubju.
Bhalissa qed nitkellem ma’ pubblikatur minn Spanja u fil-jiem li gejjin se mmur Madrid biex naraw il-possibbiltà li l-ktieb jinqaleb ghall-Ispanjol. Kien hemm ukoll interess fi Franza u anke fil-Ìermanja, fejn f’Novembru li gej suppost se jkun ippubblikat hemm ukoll.
Fl-ahhar gie ppubblikat ukoll fl-Awstralja, wara li raw li ntlaqa’ tajjeb fi Spanja. Fil-fatt illum il-gurnata l-ktieb jinsab ukoll fil-librerija nazzjonali tal-Awstralja.“
Rezistenza f’Malta
B’differenza ghal pajjizi ohra, f’Malta tinhass rezistenza ghal ‘The Book of Secrets’.
“Óa nkun onest, jiena lil Malta nhobbha hafna, u ghalija hija t-tieni dar tieghi. Però nhoss li ghad hawn mentalità fejn ir-religjon huwa b’sahhtu hafna, u allura jista’ jaghti l-kaz li l-ktieb ma jkunx accettat minhabba l-kontenut tieghu.
Il-bicca hija li dak li jkun, irid jaqra bejn il-linji u jinterpreta dak li hemm miktub u mhux jiehu kull mhu qed jaqra, kif jarah. Issa din mhux kulhadd kapaci jaghmilha.
Hemm persuni Maltin li xtraw il-ktieb mill-internet ghax hasbuh ktieb storiku religjuz, imbaghad qrawh u baghtu jistaqsuni u jitkazaw kif ktibt dak li ktibt fuq l-Arkangli. Çerti kliem li ktibt jien ma tridx tiehdu kelma b’kelma imma sempliciment huwa messagg biex dak li jkun jiftah mohhu ghal aspetti ohra marbuta mal-fidi.”
Jispjega kif minkejja li huwa Kattoliku, ihoss li kulhadd huwa l-istess, u t-twemmin ma jaghmilx differenza.
“Jiena personalment Kattoliku, però nirrispetta hafna r-religjonijiet l-ohra, u fil-ktieb wiehed isib tahlita ta’ twemmin, maghquda flimkien. Il-messagg hawnhekk huwa wiehed, li ahna kollha l-istess minkejja li ghandna twemmin differenti. Veru li xi whud huma iktar estremi minn ohrajn, imma ghalija, sakemm ma tippruvax timponi t-twemmin tieghek fuq haddiehor, allura ma nsib l-ebda problema.”
Staqsejtu jekk jarax il-possibbiltà li dan il-ktieb narawh fil-hwienet lokali fiz-zmien li gej.
“Bhalissa le. Bhalissa meta nitkellem ma’ Maltin fuqu nsib min jghidli li hu interessanti izda kien hemm min qalli wkoll li ma jaqbillix ghax nista’ nigi fl-inkwiet.
Meta nisma’ stejjer ta’ x’jigri f’Malta nithasseb. Bhall-istorja tal-istudent li ttella’ l-qorti ghax kiteb storja fuq is-sess. Jista’ jkun forsi li l-istudent qabez il-linja, imma fl-ahhar mill-ahhar xorta storja tibqa’. Hemm hafna stejjer u kotba li huma aghar minn hekk.”
Hawnhekk staqsejtu x’kienet ir-reazzjoni tieghu meta sema’ b’dan il-kaz. “Meta smajtha ghedt povru student, povru artist li qed joqtluh minn kull aspett ghax kiteb storja ta’ abbuz sesswali.”
Imbaghad hemm persuni ohra li b’mod generali qaluli biex ma nippubblikahx hawn ghax il-mentalità hija differenti u jkun hemm min jaharqu xhin ikun jaf x’fih. Imma jiena x’nista’ naghmel?”
Il-Papa u x-xitan
Meta staqsejtu x’jara l-iktar kontroversjali fil-ktieb, semmieli diskussjoni bejn il-Papa u x-xitan.
“Parti mill-ktieb fiha diskussjoni bejn ix-xitan u l-Papa, u x-xitan qed jghajjar lill-Papa ipokrita u dittatur ghaliex jghid lin-nies dak li skont hu huwa tajjeb jew hazin. Din il-parti, u l-aspett tal-omosesswalità fil-ktieb, ma nizlux tajjeb ma’ certi nies li hassewhom iddizgustati b’dak li hemm miktub.
Issa naf li dan il-pajjiz ghamel zvilluppi kbar anke fejn jidhlu drittijiet ta’ persuni omosesswali imma xorta ghad hawn element ta’ dubju fost in-nies fuq dawn il-persuni. Ghalhekk ma nafx kif jintlaqa’ l-ktieb f’Malta.
Ma jfissirx li ddejjaqni l-kritika, anzi xi kultant nemmen li pubblicità hazina hija xorta pubblicità. Sfortunatament awtur ma jistax jikkuntenta lil kulhadd, l-istess bhal kull artist iehor.”
Hawnhekk Carlo insista li min jaqra u janalizza l-letteratura m’ghandu qatt jaqbad parti u jaqlaghha mill-kuntest.
“Il-ktieb huwa bbazat fuq finzjoni, b’partijiet li huma fatti, allura ma tistax tohrog parti mill-ktieb barra mill-kuntest. Fil-ktieb, ix-xitan ma npingihx biss bhala l-hazin, imma dak li jipprova jibbilancja dak li hu tajjeb, b’xi haga hazina. Allura ghandek il-Papa li qed jirrapprezenta dak li hu tajjeb, u x-xitan li jipprova jibbilancja billi jaghmel il-hazin, u dawn it-tnejn qed jiggieldu bejniethom ghall-kontroll fuq it-tajjeb u l-hazin.”
Dan il-ktieb x’effett jista’ jhalli fuq Kattoliku li jipprattika r-religjon tieghu?
“Jiena nittama li dan il-ktieb iservi biex jiftah iktar il-mohh ta’ dak li jkun. Il-ktieb mhux qieghed hemm biex jghidlek x’ghandek temmen, ghaliex kulhadd irid jemmen li jrid u huwa importanti li jkollok twemmin. Imma dak li jkun ghall-inqas jara li r-religjon mhuwiex biss il-Knisja, imma hemm iktar minn hekk.”
Theddida ghall-Knisja?
Staqsejtu jekk ihossux ta’ theddida ghall-Knisja Kattolika.
“Le ma nhossnix ta’ theddida ghall-Knisja ghax il-ktieb ghandu l-aspett pozittiv ta’ dan kollu. Jiena trabbejt f’familja Kattolika u qatt ma jien se mmur lura minn dan. Imma b’mohh miftuh nghid li jien nghix barra mit-twemmin tieghi.
Minghajr ma nizvela hafna mill-istorja nghidlek li fl-ahhar mill-ahhar, it-tajjeb jirbah. It-tajjeb dejjem jirbah fil-hajja. Kien hemm nies li qrawh u qaluli li fil-bidu tal-ktieb naghti l-impressjoni li jien kontra l-Knisja, imma mbaghad dan kollu jigi ttrasformat bir-rebha tat-tajjeb fuq il-hazin. Ma rridx nipprova nbiddel il-mentalità jew it-twemmin tan-nies, qatt ma jien se nasal naghmel hekk.”
Ghaddejna issa ghas-suggett tac-censura u xtaqt l-opinjoni tieghu, anke fid-dawl tad-dibattitu nazzjonali.
“Hemm persuni li meta jitkellmu jew jiktbu xi haga, ma jaghtux kas u jweggghu lil haddiehor. Dan zgur li mhuwiex tajjeb. Wiehed irid jitkellem b’mod logiku. Importanti li wiehed jghid il-hsibijiet tieghu, imma xi kultant il-mod ta’ kif tghid l-affarijiet huwa importanti hafna, ghax jista’ jbiddel il-mod ta’ kif jahsbu fuqek in-nies.
Nahseb li c-censura tista’ tigi uzata inqas. Fuq kollox illum qeghdin fis-Seklu 21 u mhux fil-Medju Evu. Izda mhux f’Malta biss din is-sitwazzjoni. F’Barcellona ghad hemm villaggi zghar li tahseb li ghadhom jghixu fis-Seklu 15. Huwa importanti li tadatta ghaz-zminijiet tal-lum, anke skont it-tekonologija.
B’mod generali fi Spanja fl-ahhar tletin sena sar avvanz kbir fejn kien hemm tibdil u titjib kbir. Xorta ghadu pajjiz Kattoliku, imma jigu ccelebrati festi Pagani u ghal dawn l-attivitajiet jattendu hafna Kattolici wkoll. Kull pajjiz ghandu l-karatteristici unici tieghu, u dik hija xi haga li toghgobni. Li niddejjaq jiena meta tipprova twaqqaf lin-nies milli jaghmlu dak li jixtiequ jaghmlu, jew milli jesprimu ruhhom.
Bl-istess mod nahseb li huwa importanti li thalli persuna jipprattika r-religjon u t-twemmin tieghu, anke jekk hu differenti mill-maggoranza tal-pajjiz. Però nibda nithasseb jekk il-minoranza tipprova timponi u tifrex it-twemmin taghha fuq haddiehor.”
L-istorja se tispicca f’Malta
Fl-ahhar tal-intervista tana ftit toghma ta’ dak li gej fil-futur, u zgur li ma kontx qed nistenna dak li qalli meta zvela kif it-tielet parti tal-ktieb se tkun kollha kemm hi ambjentata f’Malta.
“Bhalissa qed nikteb it-tieni parti tal-ktieb li hija bbazata fuq Barcellona, izda tintroduci wkoll lil Malta fl-istorja. Imbaghad it-tielet parti se tkun kollha kemm hi bbazata fuq Malta.
L-istess, se jkun hemm fatti mhallta ma’ finzjoni. Il-karattri jibqghu l-istess, imma l-ambjent huwa kollu Malti anke b’harsa lejn l-istorja tal-Kavallieri u t-tempji. L-istorja tal-kotba tal-angli se tkompli f’Malta, fejn wiehed mill-kotba li qeghdin ifittxu, qieghed proprju xi mkien f’Malta.
Dan jista’ jkun ukoll pubblicità ghall-istorja ta’ Malta, ma’ pajjizi barranin.”
L-ahhar kliem jixhdu l-imhabba u r-rabta ma’ pajjizna.
“Inhossni kburi li nikteb xi haga fuq il-pajjiz li tant nammira u li nzur ta’ kull sena. Allura qed inhares lejn din it-tielet parti bhala ezercizzju biex ingedded il-memorji wkoll. Fil-fatt meta jistaqsuni minn fejn jien, dejjem nghidilhom li jien Awstraljan, imma li dejjem se jkolli demm Malti go fija.”

| < Prev | Next > |
|---|








