Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Gvern Nazzjonalista jippartiggjana l-industrija tat-turizmu

E-mail Print PDF
Share

coleiro_preca_marie_louise_copyFtit aktar minn gimgha ilu ddis­kutejna fil-Parlament l-Estimi tal-Awtorità Maltija ghat-Turizmu. Din hija okkazjoni annwali fejn il-Parlament ikollu l-opportunità li jiskrutinja l-infiq u l-hidma ta’ din l-Awtorità li ghandha funzjoni importanti hafna. Funzjoni li primarjament trid tmexxi ‘l quddiem id-diversi hidmiet biex l-industrija tat-turizmu li ghandha dimensjoni socjoekonomika qawwija, tkompli tizviluppa u tissahhah.
Kont nistenna li ghal din id-diskussjoni daqshekk importanti, il-Gvern kellu jkun serju u jressaq quddiem il-Parlament dokumenti li jirriflettu sewwa kemm l-infiq kif ukoll il-hidma tal-Awtorità matul sena mill-aktar prekarja ghal din l-industrija: is-sena 2009. Stennejt ukoll dettalji dwar l-istess infiq u hidma ghal matul din is-sena.

Bhal donnu ma kienx bizzejjed li l-Gvern iressaq ghad-diskussjoni din il-hidma sitt xhur wara li beda l-programm ta’ hidma tal-Awtorità, izda aghar minn hekk kien il-fatt li l-Gvern iddecieda li jhalli lill-Parlament sajjem mid-dettalji u mill-informazzjoni mehtiega biex issir diskussjoni infurmata u kostruttiva. Il-Gvern kellu l-ghardir jipprezenta mhux aktar minn zewg pagni dwar il-hidma tal-MTA ghas-sena 2009 u zewg pagni dwar l-infiq tal-MTA ghal din is-sena. L-estimi pprezentati ghas-sena 2010, kienu qishom, xi balance sheet fjakka ta’ xi klabb tad-dilettanti. Óafna figuri generici, li ma jispjegaw xejn. Ebda strategija, ebda pjan, kollox xott xott. Bhal donnu li s-Segretarju Parlamentari Demarco jrid xi blank cheque biex l-MTA tonfoq minghajr hadd ma jkun jista’ jaghmel skrutinju ragjonevoli fejn u kif se jintefqu l-flus, li wara kollox gejjin mit-taxxi tal-poplu.

L-estimi finanjarji kif ipprezentati huma insult lill Parlament u insult lejn l-intelligenza tal-poplu u dan ghaliex:

(a) is-sena 2009 kienet sena mill-aghar ghat-turizmu f’Malta minhabba r-ricessjoni dinija;

(b) bil-bidliet li sehhew fl-ordni ekonomika globali minhabba din l-istess ricessjoni, fejn il-pattern tal-infiq tal-konsumaturi huwa  effettwat b’dan kollu;

(c) bilfors huwa rikjest li jkollna review shiha ta’ kif jinhtieg li nipprezentaw lil Malta bhala destinazzjoni turistika;

(d) kibret il-kompetizzjoni fis-settur, mhux biss minn pajjizi girien, izda wkoll lil  hinn minnha;

F’cirkostanzi bhal dawn, l-MTA u s-Segretarjat Parlamentari ghat-Turizmu, ghandhom l-obbligu li jserrhu mohh il-poplu ghal mod kif qed isir l-infiq u b’liema nfiq iserrhu ras l-operaturi u l-haddiema li l-ghajxien taghhom jiddependi mis-settur, illi l-Gvern qed jaghmel dak kollu possibbli biex jirkupra mill-effetti ta’ dawn ic-cirkostanzi. Ghallhekk ma jistax jigi jipprezenta fil-parlament figuri generici ta’ miljuni minn flus il-poplu li jhallu lil kulhadd fid-dlam, jekk dawn il-flus meta minfuqa  se jintnefqu b’mod li jassigura rikuperu tas-settur.

Fl-ahhar rapport tal-Awditur Ìenerali, jigifieri dak li gie ppre-zentat fis-sena 2008, hemm mhux anqas minn 15-il kaz ta’ inkorrettezza ghal mod kif intefqu flus il-poplu Malti u Ghawdxi. Hemm nuqqasijiet li jxellfu l-kredibbiltà tas-sistema u anke jcajpru l-fiducja li kienu jgawdu certu nies.

Óaga tal-iskantament, is-Segretarju Parlamentari De Mar- co, ma kienx importanti ghalih li jserrah mohh il-poplu u juri li dawn l-izbalji serji gew indirizzati. Imkien waqt id-diskors tieghu fil-parlament, billi minn qabel jaghti ghad-dispozizzjoni tal-Parlament is-Segretarju Parlamentari De Marco ma ta sodisfazzjon lill- pubbliku Malti u Ghawdxi, l-informazzjoni kollha possibbli dwar kif intefqu s-37.7 miljun ewro matul is-sena 2009. Lanqas ma qal fejn u kif se jkomplu jintefqu t-38.8 miljun ewro matul din is-sena.

Sahha ma kienx importanti ghas-Segretarju Parlamentari De Marco li jitkellem fuq strategija u pjan aggornat fic-cirkostanzi tal-bidliet socjoekonomici li sehhew u qed isehhu fid-dinja minhabba r-ricessjoni.

Ghogbu biss jitkellem fuq dak li, kif iddiskriva huwa stess, hu strategija u pjan li kien sar fl-2006. Pjan ta’ erba’ snin ilu u li sar qabel id-daqqa finanzjarja u ekonomika globali. Lanqas ma kellu l-kuxjenza li jghidilna jekk perezempju:

(a) ghadhomx igeddu l-kuntratti ghal servizzi konsultattivi minghajr ma jkun hemm verifika kif jixraq, kif sar bejn Novembru 2007 u Marzu 2008;

(b) ghadux jahtar konsulenti ghalih minghajr l-approvazzjoni mehtiega minn qabel kif ghamel f’April 2008;

(c) ghadhomx jonqsu milli  jiskrutinizzaw l-invoices li jigu pprezentati u ghaldaqstant jinghata hlas aktar milli suppost;

(d) ghadhomx jiehdu zbalji fil-kompjutazzjoni tas-salarji u l-overtime;

(e) ghadhomx jixtru servizzi minghand suppliers minghajr ma jigbru l-ircevuta fiskali, ecc.

Dawn huma risposti li jistenna l-poplu ghas-serhan tar-ras li flusu huma minfuqa sew. Çertament, fl-assenza ta’ assigurazzjoni konkreta mis-Segretarju Parlamentari De Marco illi dawn in-nuqqasijiet gew indirizzati u eliminati, kif jista’ xi hadd japprova infiq ta’ €39 miljun minghajr hadd ma jaf fejn se jmorru u li hafna minnhom jistghu jigu sparpaljati jekk il-prattici finanzjarji hziena ghadhom hemm kif wiehed jista’ jissoponi la hadd ma ta informazzjoni kuntrarja.

Is-Segretarju Parlamentari ghogbu jkun politiku partiggjan f’dan id-dibattitu uniku annwali,  meta kellu kull opportunità li jiddiskuti bis-serjetà x’qed isir u x’inhu ppjanat li jsir. Minflok li smajna analizi biex jigu identifikati d-diffikultajiet u x’rimedji se jimplimenta ghas-soluzzjoni ghal dak li qalet l-MHRA fl-ahhar survey li janalizza l-qaghda tat-turizmu f’pajjizna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, l-Onor. De Marco ddecieda li  jibqa’ sieket u jhalli l-affarijiet ghaddejjin.

L-MHRA qed tipprezentalna stampa li ma nistghux ninjoraw jekk irridu li din l-industrija li taghti sehem ta’ madwar 22% - 25% tal-gid li noholqu ghal pajjizna [GDP] u fuq kollox toffri eluf ta’ impjiegi  full-time u part-time direttament u eluf ohra indirettament.

L-MHRA qed tghid li minkejja li t-turisti zdiedu fin-numru meta mqabbla mas-sena l-ohra, u anke zdied l-infiq tat-turist, l-operaturi f’dan il-qasam qed jahdmu b’telf akbar mis-sena li ffaccjaw l-akbar krizi li sehhet matul dawn l-ahhar snin.

Din hija sitwazzjoni mill-aktar prekarja u serja, u l-Gvern ghan- du hafna x’jispjega, izda s-Segre- tarju De Marco iddecieda li jinjora, u jibqa’ jiftahar biss bi ftit weghdi li twettqu wara ghexieren ta’ snin li gew imwieghda, bhall- kaz tal-baga ghal Cruise Liners fix-Xlendi Ghawdex.

L-industrija tat-turizmu timmerita serjetà. Timmerita responsabbiltà. Timmerita strategija li tkun  a bazi ta’ pjan li jindirizza l-htigijiet immedjati, u l-izvilupp u t-tishih ta’ l-industrija fil-medium u long term. Fuq din l-industrija jiddependu hafna impjiegi u ghajxien ta’ hafna familji. Propaganda rhisa partiggjana qatt ma wasslet biex jizdiedu l-impjiegi u jittejjeb il-livell tal-ghajxien tal-haddiema li fi kwalunkwe settur ekonomiku.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata