Ghal dan l-akbar bank f’Malta, kienet thallset somma ferm baxxa a paragun tal-valur reali li kien jiswa dan il-bank. Somma li setghet tinfeda f’kemm ili nghidlek mill-profitti registrati tal-istess bank f’temp ta’ tlieta, erbgha snin.
L-istorja tal-privatizzazzjoni f’Malta trid tibda minn premessa ewlenija. Li ma kienx ghall-ghaqal u l-bzulija ta’ Gvern Laburista tas-snin sebghin li rnexxilu jibni mix-xejn diversi azjendi parastatali, specjalment f’oqsma fejn il-privat kien jittituba li jidhol, il-Gvern Nazzjonalista ftit li xejn kien ikollu x’jipprivatizza.
Imma l-hasra hija li l-pajjiz spicca ghadda mill-era tal-“Ahleb Ìuz”, il-famuza frazi tal-Prim Ministru Mintoff lill-Ministru Ìuzè Abela waqt meeting Laburista gewwa Óal Qormi fl-1976, ghall-era li qed nghixu fiha llum fejn il-barrani qed jithalla jahleb lil Malta u lill-Maltin fi hwejjigna.
Fit-teorija l-privatizzazzjoni suppost li ggib maghha investiment barrani gdid, swieq godda, know-how u teknologija gdida, imma hafna drabi, bejn teorija u l-fatti hemm fliegu bahar jaqsam.
Bhala pajjiz ergajna morna lura ghaz-zmien fejn l-arterji principal, l-assi strategici jinsabu f’idejn il-barranin.
Ibda hekk kif tmidd l-ewwel pass fuq din l-art, l-ajruport li jinsab f’idejn interessi Awstrijaci; il-linja tat-trasport bil-bahar li llum tinsab f’idejn interessi Taljani; l-operat tal-Freeport, (minghajr id-dejn tieghu li ghadu qieghed jithallas mill-poplu Malti) li jinsab f’idejn interessi Francizi; l-akbar bank f’Malta li jinsab f’idejn il-kumpannija multinazzjonali tal-HSBC; il-hatt u t-tghabija tal-merkanzija fil-Port il-Kbir li jinsab f’idejn kumpannija b’interessi minn Singapore; id-distribuzzjoni u l-ibbottiljar tal-gass, il-vapuri tal-irmonk u t-tarzna li llum jinsabu f’idejn interessi Taljani; u l-akbar kumpannija tat-telekomunikazzjonijiet ewlenija f’Malta, illum tinsab f’idejn interessi Gharab.
F’uhud minn dawn il-privatizzazzjonijiet, bil-pretest li kellhom isiru investimenti sostanzjali mis-sidien il-godda ta’ dawn il-kumpanniji, il-Gvern Nazzjonalista ddecida li mhux biss ibiegh dawn l-assi strategici bir-ribass, bi prezz imrahhas li ma kienx jirrifletti l-valur reali taghhom, imma tahom ukoll monopolju ghal numru ta’ snin.
F’uhud minn dawn il-privatizzazzjonijiet, minflok ma gie l-investiment minn barra kif suppost kellu jigi, spiccajna fis-sitwazzjoni assurda fejn kellu jaghmel tajjeb il-poplu Malti b’tariffi aktar gholjin biex perezempju jinxtara vapur tal-irmonk gdid mis-sidien il-godda tal-kumpannija tat- Tug Malta jew biex ikun jista’ jista’ jsir investiment gdid fl- impjant il-gdid tal-ibbottiljar tal-gass.
It-tmiem tal-kuntratt tal-Cargo Handling u t-trasferiment tat-terminal tat-tghabija u tal-hatt tal-merkanzija fil-Port il-Kbir lill-kumpannija Valletta Gateway Terminal, suppost li kellu jgib mieghu tnaqqis ta’ 25% fit-tariffi, liema tnaqqis mhux biss baqa’ ma giex, imma sahansitra kien hemm ukoll xi zidiet f’dawn it-tariffi.
Forsi wasal iz-zmien li jsir stock-take, analizi ddettaljata ta’ kif marru jew ma marrux il-privatizzazzjonijiet li saru f’dawn l-ahhar snin; it-termini u l-kundizzjonijiet li gew stipulati mill-Gvern meta saru dawn il-privatizzazzjonijiet, x’gie onorat minnhom u x’ma giex u ghal liema ragunijiet; x’moniteragg u skrutinju jsir biex jigi zgurat li dak li gie mwieghed effettivament jitwettaq.
Meta tithabbar xi privatizzazzjoni jew progett tal-Gvern, tghidx kemm jindaqqu fanfarri u jinfetah rix tal-paguni dwar il-beneficcji li tkun se ggib maghha dik il-privatizzazzjoni jew dak il-progett partikolari.
Imbaghad ladarba tigi varata l-privatizzazzjoni jew il-progett li jkun, dan jintelaq ghal riehu u hadd mill-Gvern ma jiehu l-inkarigu biex jizgura li dak li jkun gie mwieghed tinzammx il-kelma fuqu jew le.
Bizzejjed wiehed isemmi l-lukanda gdida li suppost kellha tinfetah bhala parti mill-progett tal-Cottonera Waterfront, imma li baqghet biss fuq il-karta.
Saru dawk il-partijiet ta’ dan il-progett li kienu kkunsidrati bhala money spinners, l-appartamenti lussuzi, il-Casinò u l-yacht marina. Imma l-lukanda li kellha timpjega lin-nies tal-inhawi, baqghet biss imharbxa fuq il-pjanta. Óatfu l-lahma, mexximxu kemm felhu dak li kien hemm xi tmexmex u meta gew ghall-ghadma, qabdu u rmewha.

| < Prev | Next > |
|---|






