Il-htiega ta’ sorsi ta’ energija huma essenzjali biex kulhadd ikollu dawk il-htigijiet li huma bazici fid-dinja tal-lum. L-access ghall-energija, fil-forom kollha taghha, huwa dritt baziku li ghandu jigi protett u ghalhekk, huwa r-responsabilità tal-Istat jew tal-awtoritajiet relattivi, li jaraw li dan id-dritt ikun imhares.
L-ewwel haga li rridu naccertaw huwa li jkun hemm provvista adegwata tal-energija. Din il-provvista ghandha tkun ippjanata biex il-htigijiet tal-lum u taz-zminijiet li ghad iridu jigu ikunu moqdija.
Maghdud ma’ dan, hemm fattur importanti li l-prezzijiet tal-provvista tal-energija ma jkunux projbittivi li jwasslu li min ghandu dhul zghir jew baxx fis-socjetà taghna ikun eskluz milli jkollu access ghal dan id-dritt ghall-access ghall-energija.
Illum, kemm mil-lat domestiku, kif wkoll mil-lat ekonomiku u kummercjali, l-energija u l-provvista taghha huma fattur li jiddefinixxu jekk il-livell tal-ghixien ikunx tajjeb jew jistax jitjieb, kif wkoll jiddetermina jekk ekonomija tista’ tespandi u tikber. Dan apparti l-fatt li l-prezz tal-energija jaffettwa hafna l-kompettività fl-aktar sens wiesgha taghha.
Fl-ahhar xhur rajna l-prezz tal-energija joghla konsiderevolment. Ûidiet qawwija li qed iwasslu biex parti sostanzjali mid-dhul tal-familji taghna tkun allokata biex jithallas il-prezz tal-energija. L-ewwel kellna zidiet kbar fil-prezz tad-dawl. Ûidiet li llum beda jinhass il-piz taghhom meta bdew jasslu l-kontijiet bir-rati l-godda. Issa maghdud ma’ dan, il-poplu gie mgieghel jerfa’ zieda qawwija tal-prezz tal-gass li huwa mezz iehor baziku li jintuza’ kemm fid-djar kif wkoll fil-postijiet tax-xoghol.
Il-konsegwenzi ta’ dawn iz-zidiet, ghalkemm ma bdejniex narawhom, nistghu nobbsru x’inhuma u x’se jkunu. Il-poplu se jkun qed ihallas hafna aktar biex forsi izomm l-istess livell tal-ghixien li kellu qabel. Aghar minhekk, min ittanta jnaqqas in-nefqa tieghu tal-energija billi jibdel mill-elettriku ghall-gass, issa spicca b’zieda esagerata fin-nefqa fil-gass wara li ha decizjoni ghaqlija li jbiddel it-tip tal-energija li juza’.
Din is-sitwazzjoni grat u qed tinhass fl-oqsma ekonomici kollha li issa qed jaraw li l-ispejjez tan-negozju taghhom qed jogholew drastikament u dan bi pregudizzju ghas-succes tal-attività li jmexxu. Wiehed jista’ jaghti ezempju bis-settur tat-turizmu li jiddependi hafna mill-uzu tal-energija. Wara li l-lukandi, ristoranti u operaturi ohra fis-settur, fasslu l-prezzijiet li bihom ibieghu s-servizzi taghhom, qed sabu ma’ wicchom zieda qawwija fil-prezz tal-gass. Ûgur li mhux il-mod kif isiru l-affarijiet.
F’pajjizna kienet inholqot l-Awotrità tar-Rizorsi li fost l-ghanijiet li ghandha, hemm is-sorveljanza tas-suq tal-energija, is-sorveljanza dwar l-adegwatezza tal-provvista u hwejjeg ohra relatati fost l-ohrajn mal-energija. Kull meta kellna zieda fil-prezz kemm tal-elettriku kif wkoll tal-gass, dawn il-prezzijiet gew stabbiliti minn din l-awtorità li suppost ghandha certu indipendenza.
Ûieda fil-prezz tibda billi operatur, li fil-qasam tad-dawl hija l-EneMalta filwaqt li fil-kaz tal-gass huwa operatur privat, iressaq talba lill-Awtorità biex tigi kkundsidrata talba ghall-bidla fil-prezz.
Meta wiehed jara d-decizjonijiet li jigu ppubblikati fis-sit tal-Awtorità, jinnota li hemm hafna dettalji li huma nieqsa partikolarment fil-kaz taz-zieda tal-prezz tal-gass.
Wiehed mill-principji bazici biex awtorità tkun kredibbli, hija l-htiega tal-pubblikazzjoni u tat-trasparenza.
Nahseb li f’dan ir-rigward hemm nuqqasijiet min-naha tal-Awtorità dwar ir-Rizorsi minkejja li tippubblika d-decizjonijet taghha u dan peress li hemm dettalji dwar dak li jkun mitlub li jkunu nieqsa.
Ta’ min wiehed ifakkar, li jekk xi hadd ikun se jbiddel tieqa fuq il-faccata tad-dar tieghu, ikollu t-talba tieghu ppubblikata fil-gazzeta, jehel avviz mal-hajt tad-dar u hafna affarijiet ohra minn dawn. Mill-banda l-ohra, jekk ikun hemm talba ghall-bidla fil-prezz tal-energija, din it-tip ta’ pubblicità ma tinghatax, izda d-decizjoni ssir pubblika wara li tittiehed.
d-decizjonijiet li qed tiehu l-Awtorità qed jaffettwaw il-kwalità tal-ghixien tal-familji Maltin u Ghawdxin u l-Gvern ghandu d-dmir li jara li l-Awotrità taqdi l-funzjonijiet taghha b'mod korrett. Jidher car l-operat ta’ din l-Awtorità jehtieg li jitpogga taht il-lenti.

| < Prev | Next > |
|---|






