Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Kummissarju Dalli fil-Kunsill

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisIl-Kunsill Nazzjonali tal-GWU hu forum fejn diversi raprezentanti tal-haddiema, jien inhobb insejhilhom mexxejja tal-haddiema, jiltaqghu spiss biex jiddiskutu materjali ta’ interess industrijali. Hafna drabi dan il-Kunsill jitratta suggetti Nazzjonali li jkunu qed jigu diskussi fil-mument.
Personalment ilni kwazi 28 sena membru ta’ dan il-Kunsill u matul dan iz-zmien rajt persuni kbar jaghmlu interventi u joholqu diskussjoni. Rajt ukolll ohrajn li forsi ma kinux daqstant maghrufin u li lanqas kellhom xi ittri wara isimhom, izda l-impatt li kienu jhallu kull darba li kienu jaghmlu intervent kien jibqa’ imwahhal fil-menti ta’ hafna. Uhud minn dawn in-nies sawru fija l-imhabba li ghandi lejn il-GWU u spirawni nkompli bil-hidma tieghi favur il-haddiem.

Ghalina li nimmilitaw fil-GWU, il-Kunsill Nazzjonali ghandu importanza kbira. Il-livell hu wiehed tajjeb hafna u hemm min jistenna bil-herqa dawn il-laqghat. Minn zmien ghal zmien jigu mistiedna esperti biex jaghmlu prezentazzjonijiet dwar suggetti hekk kif ikunu kkummisjonati mill-istess GWU. Dawn jistghu jkunu interni kif ukoll esterni.

Jigu wkoll persuni ohra mhux bhala esperti izda bhala mistiedna specjali tal-Kunsill. Fost ismijiet kbar li niftakar jien kien hemm l-erba’ mexxejja tal-Partit Laburista, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant u Joseph Muscat. Niftakar ukoll mexxejja ta’ trade unions barranin, fosthom Michele Gravano u Rodney Bikerstaff. Ricentament, bhala mistieden specjali, kellna ukoll l-Arcisqof ta’ Malta Pawlu Cremona.

Din il-gimgha kellna l-ewwel Kummissarju tal-Unjoni Ewropea li indirizza dan l-istess Kunsill. John Dalli ser jibqa’ msemmi fl-istorja tal-GWU bhala l-ewwel Kummissarju tal-UE li gie mistieden jindirizza il-Kunsill Nazzjonali.

Ma’ John Dalli, l-GWU hadmet hafna meta kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru f’diversi dekasteri, specjalment dak tal-politika socjali. Mieghu ddiskutejna diversi suggetti li llum uhud minnhom huma ligijiet u regolamenti ta’ pajjizna. Kien hemm ukoll proposti li saru qabel ma spicca u llum ghadhom fuq l-ixkaffa. Fost dawn hemm proposti li meta jsiru kuntratti tal-Gvern jigi assigurat li l-haddiema jkunu ser jinghataw dak kollu li tghid il-ligi ta’ pajjizna.

Fid-diskors tieghu lill-Kunsill, il-Kummissarju spjega fid-dettall il-hidma tieghu bhala Kummisjarju tas-sahha u konsumatur u kif issa jrid ihares lejn l-affarijiet minn lenti Ewropea aktar minn dik ta’ Malti. Spjega wkoll id-diversi agenziji li ghandu taht ir-responsabiltà tieghu.

Fi kliemu stess il-process fl-UE hu wiehed burokratiku izda effettiv li jwassal ghall-rizultati. Il-membri tal-Kunsill ghamlu diversi kummenti dwar dak li qal Dalli u l-laqgha zvolgiet f’wahda interessanti hafna. Ma kinux biss suggetti marbutin mar-responsabiltajiet tieghu izda bhalma jigri dejjem, f’Kunsill li fih l-ingredjenti kollha, id-diskussjoni kienet wahda ferm usa’.

Personalment rajt ftit differenza minn dak li kont imdorri bih jien meta kont niltaqa’ mieghu bhala Minsitru. Rajtu aktar trankwill izda fl-istess hin hassejt fih xorta wahda li ghadu Malti u ghadu jinteressah hafna dak li jigri f’pajjizna.

Biex inkun onest thabatt naqra biex nifred lill-Ministru Dalli mill-Kummissarju Dalli. Nispera biss li fil-futur ikollna l-opportunità nahdmu flimkien kif ghamilna fil-passat.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata