L-arti ghandha bosta wcuh u kull artist jesprimi lilu nnifsu b’dak il-mezz li l-aktar ihossu komdu bih. Il-fotografija hija arti li ssahhar meta pprezentata minn nies professjonisti. Wiehed minn dawn huwa DAVID PISANI li dan l-ahhar kellu esebizzjoni fl-Iklin. RAMONA PORTELLI ltaqghet mieghu biex issir taf aktar dwaru.Dan l-ahhar kelli opportunità li nattendi ghal esebizzjoni b’differenza. Qed nghid hekk ghax apparti li kienet esebizzjoni tal-fotografija, kienet ukoll okkazjoni ta’ inawgurazzjoni u ftuh ta’ gallarija tal-arti pjuttost gdida ghal Malta. Qed nirreferi ghal SO Galerie li tinsab l-Iklin. Ghal din l-okkazjoni tal-ftuh kien hemm esebita kollezzjoni shiha ta’ fotografija mehuda mill-fotografu David Pisani.
Itqajt mieghu sabiex insir nafu ahjar, u fuq kollox insir naf aktar dettalji specifici dwar it-tip ta’ fotografija li jiehu. David ghandu 45 sena, kburi li huwa Belti, ghalkemm ghamel xi zmien jghix ukoll Franza u l-Izvizzera. Fil-prezent huwa jghix il-Belt Valletta flimkien mal-familja tieghu, izda tista’ tghid li dar mhux hazin postijiet f’Malta, minhabba li kien jghix f’diversi rhula Maltin.
“Nista’ nghid li l-fotografija nteressajt ruhi fiha minn mindu kont tifel ckejken u maz-zmien kienet il-passatemp tieghi. Illum saret il-professjoni tieghi. Xoghli huwa prattikament hajti, ghalkemm warajhom jigu l-mara u t-tifla”, beda jghidli David, filwaqt li ndikali li l-ispecjalizzazzjoni tieghu hija dik fil-fotografija bla kulur, maghrufa aktar bhala fotografija tradizzjonali.
Il-fotografu ddeskriva ruhu mieghi bhala li huwa bniedem rasu iebsa, izda perfezzjonist u ffissat fuq xogholu. “Nispera li jiena tolleranti, ghalkemm dak inhallih f’idejn haddiehor biex jiggudikani”, tbissem jghidli David, filwaqt li kien bilqeghda rilassat faccata tieghi tal-mejda jlegleg kultant naqra nbid mit-tazza li kellu quddiemu.
Staqsejtu x’jaffaxxinah ezatt fil-fotografija u fuq kollox kemm ilu jipprattika l-fotografija. “Bdejt nkun involut fil-fotografija u nistampa minn mindu kelli ghaxar snin, u minn hemm ‘l hawn qatt ma harist lura. Minn dejjem hassejt fija faxxinu u immagini u fuq kollox minn dejjem fittixt u naghmel ricerka ta’ certu sbuhija madwarna.
Il-fotografija li nohloq hija mezz biex nara d-dinja kif inkun nixtieqha jien stess. Dak li ma nkunx nixtieq jidher, neliminah. Il-process sakemm johrog ir-ritratt finali nisthajlu bhal magija. Minn sempliciment dawl, kimika u kaxxa sewda tohrog dik is-sbuhija ta’ fotografija. Ovvjament mhux xi process li jsir malajr. Filfatt gieli domt nahdem 14-il siegha sakemm fl-ahhar johrog ir-ritratt mehtieg, ghaliex ovvjament dan jinvolvi hafna xoghol tal-idejn”, beda jispjegali David.
Dwar ix-xeni li jhobb jigbed l-aktar, David ikkonfermali li jippreferi xeni fejn tidhol l-arkitettura. Filfatt fuq din il-linja esplora aktar matul is-snin, allura naturalment ihoss li din hija l-forte tieghu. “Minn dejjem nghid, li kieku ma sirtx fotografu, kont nilhaq perit. L-arkitettura taffaxxinani wisq, tant li nhobb niehu xeni ta’ inginerija, bini industrijali, cranes, pajpijiet msaddin, u bastimenti. Jien narahom sbieh. Jista’ jkun li haddiehor jarahom zdingar qalb in-natura.
Però nemmen li kull fotografu ghandu l-ghajn socjali tieghu”, sahaq mieghi David.
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma mort ghal din l-intervista, kont naf li dan l-ahhar David kien tella’ esebizzjoni b’xeni li kien gibed hu stess f’Dubai. B’hekk tlabtu aktar informazzjoni dwarha. “F’Dubai tezisti certu arkitettura. Kont gejt mibghut apposta minn linja tal-ajru sabiex nohloq kollezzjoni ta’ din il-belt li ghadha qed tinbena. Matul il-jiem li qattajt gewwa Dubai ippruvajt nuri semi-astratt bix-xeni li gbidt. B’hekk, dak li jkun qed ihares lejn il-fotografija li gbidt minn hemm, ikun qed jiehu idea qalb dak il-bini li hemm f’Dubai minn sfond differenti”.
Juza magna tar-ritratti antika
Illum facli wiehed jigbed certu xeni b’magna tar-ritratti digitali, u li jigu zviluppati f’temp ferm qasir. Izda David jippeferi juza metodu tradizzjonali, sabiex finalment il-fotografija li tohrog minnha tigi tixbah hafna lill-istampi li l-bniedem jaf jimmagina f’mohhu. Filfatt ir-rizultat finali ta’ din il-fotografija li tohrog minn din il-magna tar-ritratti li juza johorgu bil-gnub skuri u qatt ma jkunu cari u precizi x-xeni taghhom. Fuq spjegazzjoni li tani David stess, dan il-fatt hemm hsieb warajh. “Meta l-bniedem jibda jiftakar xi xeni tal-passat, dawn ma jkunux tant cari fl-immagini. B’hekk din il-pin whole camera li nuza tohloq dan it-tip ta’ fotografija li tixbah hafna l-immagini tal-bniedem. Ta’ min jghid li din it-tip ta’ magna tar-ritratti ilha tintuza sa mis-seklu tmienja.
David qasam mieghi ukoll xi esperjenzi u konnessjonijiet li ghandu ma’ Parigi. Filfatt irrakkuntali kif lura fis-sena 1996 kien tela’ Parigi fejn kien mistieden itella’ l-ewwel esebizzjoni tieghu hemmhekk.
“Minn dak iz-zmien ‘l hawn, bqajt qisni ffissat fuq il-belt ta’ Parigi, u ta’ spiss bdejt tiela’ u niezel inzurha. Eventwalment bnejt xi kuntatti minn hemm u anke bdejt niehu xi xoghlijiet. Hassejtni parti mill-kultura taghhom, fejn anke tatni ispirazzjoni kbira. Fuq livell personali wkoll, izzewigt mara minn Parigi u ghandi wkoll tifla Franciza”, tbissem jghidli David.
SO Galerie
Tkellimt ukoll ma’ David dwar il-konnessjoni tieghu ma’ SO Galerie. “SO Galerie ilha tahdem bi shih ghal dawn l-ahhar sentejn, ghalkemm fethet ftit gimghat ilu. SO Galerie bhalissa qed tirrapprezenta x-xoghol tieghi hawn Malta.
Fi kliem semplici, SO Galerie qisha qed isservi bhala agent tieghi fil-fotografija. Barra minn Malta, fotografu difficli immens biex jahdem minghajr agent. Hawn Malta mdorrijin mod iehor. Però permezz ta’ SO Galerie dan il-fatt ser jibda jidhol f’Malta ftit ftit, u minbarra jien, digà hemm xi artisti ohra li ssiehbu ma’ SO Galerie sabiex eventwalment fix-xhur li gejjin jibdew jesebixxu l-arti taghhom ukoll”, spjegali David.
Zied jghidli li agenti simili, bhal SO Galerie, jservu bhala edukazzjoni ghall-persuni li forsi mhux tant midhla tal-arti u l-fotografija. “Gallarija bhala SO Galerie tista’ toffri l-ahjar prodott, ghax sfortunatament issib min jixtri bl-addocc u forsi anke mhux l-ahjar prodott li jkun qed ihallas ghalih. B’hekk SO Galerie hija process gdid u innovattiv ghal Malta f’dan il-qasam”, sostna David.
Parir siewi ta’ David huwa sabiex il-pubbliku jattendi u jara x-xoghol tieghu bhalissa li jinsab ghall-wirja f’SO Galerie li tinsab fi Triq Dun Karm, Iklin. “Inheggeg lin-nies jaqbdu u jmorru jaraw. M’hemm l-ebda hlas, u l-ebda obbligazzjoni biex dak li jkun jixtri bilfors. Inhoss li l-poplu Malti jehtieg li jkun aktar espost ghall-arti”, sahaq David.
L-esebizzjoni bil-fotografija ta’ David Pisani f’SO Galerie ghandha ghaddejja sal-ahhar ta’ Lulju, u l-hinijiet tal-ftuh huma mit-Tnejn sal-Gimgha bejn 10am u 6pm, filwaqt li s-Sibtijiet SO Galerie tkun miftuha bejn 10am u 1pm.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






