Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kalkolu zmerc ta’ Tonio Fenech

E-mail Print PDF
Share

Fl-ahhar bagit il-Ministru Tonio Fenech kien habbar li l-beneficcju tal-energija (energy benefit) kien se jigi jiswa lill-Gvern is-somma ta’ €10 miljun li minnu kienu se jibbenefikaw 97% tal-familji Maltin.

Il-hsieb wara dan l-energy benefit kien li jittaffa xi ftit mill-piz tat-tariffi gholjin tad-dawl u l-ilma minn fuq il-familji Maltin u Ghawdxin tat.  Dan il-beneficcju tal-energija ta’ €30 kull familja u €25 ghal kull persuna fil-familja, m’hu xejn hdejn il-mod kif gholew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’dawn l-ahhar xhur. Li hu interessanti però kif f’intervista li kellu Tonio Fenech fil-granet li ghaddew fuq Radio 101 huwa qal li l-energy benefit se jigi jiswa lill-Gvern €11-il miljun u mhux €10 miljuni. Il-fatt li issa Tonio Fenech qieghed jghid li se johrog €11 miljun minflok 10 miljun, ifisser li ser ikun mar zmerc fl-istima tieghu b’10%.

Il-mistoqsija tqum waheda: x’gara ezattament jekk b’€10 miljuni suppost li kellhom jibbenefikaw 97% tal-familji, dan il-miljun ewro izjed ifisser li l-ministru Fenech skopra li kien zbaljat fil-kalkolu tan-numru ta’ familji f’Malta u issa skopra li kien akbar minn dak li kien mahsub qabel?

Inkella forsi l-Gvern issa ddecida li johrog l-energy benefit ukoll lill-dawk il-barranin sinjuri li jaffordjaw ikollhom it-tieni residenza f’Malta li juzawha biss ghal ftit zmien u allura jikkunsmaw anqas mil-limitu ta’ 10,000 unit biex wiehed jikkwalifika ghall-energy benefit?

Tonio Fenech jehtieg jispjega abbazi ta’ xhiex kienet imsejsa l-istima originali u x’wassal ezattament biex inbidlet din l-istima.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata