Prezenti kien hemm genituri, familjari u hbieb ta’ dawn il-gradwati, kif ukoll xi eks dipendenti li ghamlu l-programm fil-passat u li rnexxielhom ifiequ mill-vizzju tad-droga. Eks dipendent, waqt li qasam l-esperjenza tieghu, iddikjara li ilu clean ghal dawn l-ahhar erba’ snin. Huwa kompla biex iheggeg lill-gradwati kollha biex ikunu sodi u ma jergghux jaqghu fil-vizzju.
Id-diskors ta’ Monsinjur Victor Grech kien wiehed iebes, izda fl-istess hin mimli mhabba u dedikazzjoni lejn dan ix-xoghol li jitlob impenn kbir. Huwa beda billi ddeskriva pittura ta’ Van Gogh li turi omm qed izzomm tarbija minn taht dirghajja filwaqt li l-missier qieghed b’idejh miftuha jistenna t-tarbija tersaq lejh.
Mons. Grech sostna illi dan huwa propju x-xoghol li taghmel il-Caritas mad-dipendenti ta’ droga; tghinhom jaghmlu l-ewwel passi biex jibdew avventura gdida ta’ hajja hielsa mis-sustanzi.
Mons Grech spjega t-tliet ghanijiet ta’ dan il-programm. L-ewwel ghan huwa li l-persuna taghraf taghmel ghazliet hielsa li jtuha skop ghall-hajja. It-tieni ghan hu li l-persuna titghallem tghix f’komunjoni ma’ haddiehor u mhux ghal rasha. Finalment it-tielet ghan hu li l-persuna tkun kapaci taghti lura l-imhabba li tkun irceviet waqt dan il-programm.
“Nassigurakom illi x-xoghol li sar ma’ mijiet ta’ zghazagh u genituri f’dawn il-25 sena ma kienx fix-xejn”, sahaq Mons. Grech. Huwa kompla jghid kemm kien hemm zghazagh li fiequ permezz tal-programm, u llum qeghdin sahansitra jahdmu mal-Caritas stess, mas-Sedqa jew m’agenziji ohra. Huwa spjega kif ir-rijabilitazzjoni mid-droga huwa process twil li normalment jinvolvi iktar minn trattament wiehed.
Mons. Grech qasam ukoll mal-udjenza xi cifri kemmxejn inkwetanti. Jidher li fl-2009 biss kien hemm 667 zghazugh li fittxew it-trattament fil-Caritas, u 83% minn dawn kienu rgiel. Jidher ukoll li mill-2004 sal-2009 in-numru ta’ klijenti zdied b’29%. L-età medja tal-klijenti kienet ta’ 25 sena, u 45% tal-klijenti kienu minghajr impjieg. Id-droga primarja kienet l-eroina, waqt li l-kannabis u l-kokaina kienu d-drogi sekondarji.
Minn naha l-ohra, l-medephrone ghadha mhix meqjusa bhala illegali, u qed tigi ikkunsmata minn 40%-50% taz-zghazagh. “Ghad irridu naraw il-konsegwenzi koroh taghha fuq is-sahha mentali tal-bniedem”, sahaq Mons Grech b’referenza ghal din id-droga.
Waqt l-ahhar riflessjonijiet Mons Grech tkellem dwar il-bzonn ta’ edukazzjoni preventiva, l-formazzjoni tal-karattru u s-sens ta’ responsabbiltà li ghandu jinghata fil-familja, fil-medja u fl-iskejjel. Huwa jhoss ukoll li ma’ certu zghazagh, ic-Centri ta’ Rijabilitazzjoni u l-hidma volontarja jghinu iktar minn detenzjoni go facilitajiet korrettivi. Huwa temm billi rringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li emmnu f’dawn iz-zghazagh u hadmu qrib tieghu biex ituhom tama gdida.
Prezenti ghal din ic-cerimonja emozzjonali kien hemm ukoll l-ghola awtoritajiet tal-pajjiz, fosthom l-Arcisqof Pawlu Cremona, il-Prim Ministru u l-Prim Imhallef Vincent Degeatano. Ma setghetx tonqos ukoll il-prezenza tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat flimkien ma’ martu Michelle.

| < Prev | Next > |
|---|






