Fil-prezent gewwa l-isptar Monte Carmeli hemm pazjenti li qed isofru mill-marda tal-iscabies. L-iscabies hija marda tal-gilda li hafna mill-anzjani taghna ghadhom jiftakruha, specjalment meta jitkellmu dwar l-ghaks u l-guh tal-gwerra.
F’Malta din il-marda kienet fegget b’mod partikolari fit-Tieni Gwerra Dinjija, minhabba l-fattur ewlieni tan-nuqqas ta’ igjene li kien hawn dak iz-zmien.
Is-sintomi tal-iscabies jinkludu noduli u feriti ta’ kulur kannella hamrani li jqabbdu hafna hakk, li gieli jzid fl-intensità matul il-lejl. L-iscabies tittiehed minn persuna ghall-ohra facilment, u ghalhekk dawk infettati jridu kemm jista’ jkun jevitaw il-kuntatt fiziku ma’ nies ohra.
Ghall-mistoqsija tad-deputat Laburista Silvio Parnis, il-Ministru tas-Sahha Joseph Cassar wiegeb li originarjament kien hemm tmin pazjenti qed isorfu bl-iscabies. Tnejn minnhom kienu ghadhom fi kwarantina sal-gimgha li ghaddiet.
Dr. Cassar sostna wkoll li t-tobba u l-infermiera nkarigati kienu hadu l-prekawzjonijiet necessarji biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Tajjeb li din il-marda giet ikkontrollata u li, minn kif jidher ma komplietx tinxtered. Izda ta’ min wiehed jistaqsi x’kienet is-sitwazzjoni li wasslet biex din il-marda tfegg fl-isptar Monte Carmeli, meta huwa maghruf li din il-marda normalment tigi ikkawzata minn nuqqas ta’ igjene, tant li hija sinonima ma’ pajjizi tat-Tielet Dinja.
Wiehed jittama li bhal ma ttiehdu l-prekawzjonijiet necessarji biex din il-marda ma tinxterdix, jittiehdu wkoll il-prekawzjonijiet biex din il-marda ma tergax tfegg, ghaliex marda bhal din titfa’ dubji serji dwar l-indafa f’isptar Monte Carmeli, sew bhala post kif ukoll tal-pazjenti.

| < Prev | Next > |
|---|






