Il-finali tat-Tazza tad-Dinja illum tilghab l-ahhar att taghha meta fit-tmienja u nofs ta’ filghaxija jiltaqghu Spanja kontra Olanda.
Spanja t-tim li hafna min-nies li jsegwu sew il-loghba tal-ballun bassru mill-bidu net. L-Olanda tim tajjeb hafna li forsi mhux kulhadd haseb li jistghu jaslu sa hawn.
Zewg timijiet li qatt fl-istorja taghhom ma rebhu din it-tazza u jekk ghall-Olanda din se tkun it-tielet finali wara t-tnejn li tilfu fl-1974 u l-1978, ghal Spanja din se tkun l-ewwel wahda. Qatt fl-istorja taghhom l-Ispanjoli ma waslu sa hawn. Mhux hekk biss ghall-Ewropa din se tkun storja, ghax min jirbah mhux biss se jkun qed jaghmel dan ghall-ewwel darba izda se jkun l-ewwel pajjiz barra l-Brazil u ghalhekk l-ewwel Ewropew li se jirbah barra mill-Ewropa.
Il-qarnita Paul li serqet ix-xena qalet li se tirbah Spanja. Effettivament meta thares lejn iz-zewg timijiet, l-Ispanjoli huma iktar tim kumpatt minn dak Olandiz. It-tim Spanjol huwa bbazat fuq l-istess tim li sentejn ilu rebah il-kampjonat Ewropew. Tim maghmul sod f’kull dipartiment. Goalkeeper bravu u espert bhalma huwa Casillas. Difiza li mhux biss taf taghlaq tajjeb, imma Piquè u Puyol huma eccelenti f’dead ball sitatutions, il-laterali Capdevilla u Ramos huma eccelenti ukoll bl-overlaps u l-crosses taghhom meta t-tim jattakka. Nofs il-grawnd huwa tajjeb hafna u maghmul minn plejers li huma ta’ kwalità, li jafu jisrqu ballun u anke jikkonkludu lejn il-lasta. Plejers bhal Javi, Busquets, Alonso, Iniesta u fl-attakk David Villa awtur ta’ hames gowls, jispikka fuq kulhadd, bil-kowc Del Bosque ghandu ukoll il-lussu li jaghzel bejn Torres, Silva, Pedro, Llorente biex inkunu semmejna uhud.
Anke l-Olanda huwa tim li ghandu skwadra ukoll tajba. Tim li kien gej minn tmin rebhiet fil-kwalifikazzjoni u mhux hekk biss, wara rebah tlett rebhiet fil-grupp u ovvjament it-tliet konfronti diretti, total ta’ 14-il rebha infila. Meta jkollok tim li jasal sal-finali hekk, allura bilfors ikun jixraqlu. Tim ibazzat fuq tlett players fl-opinjoni tieghi, Kuyt, Sniejder u Robben.
Kuyt ta’ Liverpool huwa l-plejer li kull kowc iridu mieghu. Plejer li ghalkemmm huwa wiehed offensiv, u jaf jaghmel il-gowl, hafna drabi jinzel jissagrifika lilu nnifsu jiddefendi, jirbah ammont ta’ blalen li ftit plejers fil-pozizzjoni tieghu jaghmluha.
Sneijder min-naha tieghu huwa dak il-plejer li jghaqqad kull dipartiment. Mhux plejer li jirsisti hafna ghall-ballun, izda huwa plejer li dejjem issibu f’pozizzjoni ideali, plejer li issa ha ukoll il-kunfidenza tal-gowl u f’din it-Tazza skorja hames darbiet. Robben min-naha l-ohra ghadu gej minn injury, u l-wirjiet tieghu zdiedu mill-loghba ghal loghba. Plejer ta’ dribbling facli, daqqa ta’ ras tajba u immaginazzjoni liema bhala -wiehed mill-ahjar plejers fil-mument.
Ma’ dawn hemm ghazla ta’ plejers ta’ esperjenza, bhal De Jong, Von Brockhorst, Van Bommel u Van Persie, fost ohrajn li jiggarantixxu sapport ideali lil dawn it-tliet stilel. Punt debboli ghall- Olanda huwa d-difiza li mhux dejjem tkun koncentrata u anke l-goalkeeper Stekelenburg li qisu qed ihoss il-pressjoni tal-loghbiet importanti, u meta tqis li Van Der Saar ghar-ragunijiet personali baqa’ d-dar, l-affarijiet ghal Orange setghu jkunu ahjar.
Izda issa li hemm hemm nistennew loghba bilancjata u interessanti.
Referee tal-loghba l-Ingliz Webb, referee tajjeb, però d-decizjoni tal-FIFA kienet prevedibbli. Webb, Ingliz, u l-FIFA tat ftit lura lill-Ingilterra li kienet haditilha bil-gowl mhux moghti ta’ Lampard. FIFA li hasbet ukoll fil-Messiku li gew penalizzati minn gowl ta’ Tevez irregolari kontra l-Argentina, u anke hawn hekk il-bierah fil-loghba ghat-tielet u r-raba’ post kellna referee Messikan.
FIFA li ghanda taghmel ezami tal-kuxjenza u kemm jista’ jkun maljar, tara jew kif se ttejjeb il-livell tar-referees jew inkella idahhal kemm jista’ ikun malajr it-teknologija li mhux vera kif jghidu hafna teqred il-loghba.
Biex nitkellmu fuq il-futbol wiehed ma jridx ma jsemmix id-dizappunt ta’ hafna li anke kitbu lili personali li ma setghux jaraw il-loghob kollu tat-Tazza tad-Dinja mid-dar taghhom.
Jien nghid li almenu imnalla kien hemm Cable Television li ttrasmetta ghax ghall-inqas minn setgha jhallas ra il-loghob. Ghalkemm b’hafna pompa li ghandu d-drittijiet tat-Tazza tad-Dinja, kien hemm minn iddispjacih li l-istazzjoni tal-Istat, certi loghbiet importanti fosthom darbtejn l-Ingilterra ma’ ittrasmettihomx. Kif ma naqbilx ukoll li din tad-drittijiet televizivi issa tressqet fil-Parlament, ezattament fi s-Social Affairs Committee.
Huwa minnu li l-konsumatur ghandu jithares u jiehu l-ahjar servizz possibli bl-inqas hlas possibli, però huwa minnu ukoll li Malta mhux estranja ghal kumplament tad-dinja. Biex jiehdu d-drittijiet televizivi kumpanniji jinvestu miljuni kbar ta’ liri f’infrastruttura u f’drittijiet li mhux facli imbaghad wara li jkunu hallsuhom, tipprova taghsarhom.
Nahseb li l-argument ta’ Agius huwa validu ghal futur meta kull min jinvesti jkun jaf ezatt fuq liema regoli qed jaghmel dan. Dwar dan nitkellem ahjar fil-gimghat li gejjin.

| < Prev | Next > |
|---|






