Iz-zieda li ghadha kif giet imhabbra fil-prezz tal-gass se tfisser nefqa akbar ta’ 4 miljuni ghall-familji. Dan ifisser li minn dawn l-€4m, il-Gvern se jkun qieghed jiehu 18% minnhom f’VAT, igifieri madwar €720,000 - li hi prattikament l-istess cifra ta’ flus li se johrog il-Gvern bhala kumpens tal-beneficcju tal-energija (energy benefit). Jigifieri bl-aktar mod ciniku dak li se jkun qieghed johrog minn banda, il-Gvern se jkun qieghed idahhlu minn band’ohra.
Probabbilment l-ammont li wasal ghalih il-Gvern ta’ kemm ghandu jaghti enegy benefit, kien determinat minn kemm kien se jdahhal aktar f’VAT u hadem b’lura kemm se jaghti lill-kategoriji specifici.
Dan certament ma sarx fil-ftit minuti bejn meta harget l-istqarrija dwar iz-zieda fil-prezz tal-gass mill-Awtorità Maltija tar-Rizorsi (MRA) u dik tal-Gvern li habbret zieda fl-energy benefit. Izda il-Gvern mhux biss kien infurmat biz-zieda fil-prezz tal-gass, izda kellu f’idejh ukoll ir-rapport tal-MRA dwar l-impatt ta’ din iz-zieda fuq il-familji biex hadem ic-cifra tal-energy benefit.
Fl-ahhar tal-gurnata, iz-zieda fil-beneficcju tal-energija mhux se jaghmel tajjeb ghaliha l-Gvern ta’ Dr. Gonzi imma se jaghmel tajjeb ghalija l-konsumatur.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






