Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hmieg u periklu madwar il-Victoroa Gardens

E-mail Print PDF
Share

victoria_gardens_1_copyFit-toroq li jwasslu ghall-Victoria Gardens gewwa Tal-Ibragg, wiehed jista’ josserva diversi perikli, sew ghas-sewwieqa kif ukoll ghall-pedestrians. Is-sewwieqa jridu jevitaw il-knatan li jinsabu fit-triq, rizultat ta’ cint imwaqqa’. Fl-istess triq is-sewwieqa jridu jsuqu fuq in-naha l-hazina tat-triq biex jibqghu fuq it-tarmak u ma jinzlux gol-kanal wieghsa u mharbat li ghal xi raguni ma nghatalux tarmak bhall-bqija tat-triq.
F’dan il-kanal hemm ukoll periklu ghall-pedestrians, ghax il-bankina ghal xi raguni ghadha ma tlestietx, u kull m’hemm bhalissa huma knatan li jindikaw fejn gejja l-bankina.

Apparti l-fatt li n-nies difficli timxi go din il-bordura mharbta, il-wisgha tal-bankina huwa tant dejjaq li bniedem ta’ statura medja bilkemm ikun jista’ jimxi fuqha meta din titlesta, ahseb u ara xi problemi ser ikollhom nies ta’ statura kbira, genituri bil-pushchairs jew nies b’dizabilità. Dan in-nuqqas ta’ hsieb fl-ippjanar tal-bankini narawh ukoll f’diversi postijiet fejn il-bankina tieqaf zopptu u min ikun miexi fuqha f’daqqa wahda jsib hajt ma’ wiccu. Dan ikollu jinzel il-bankina u jkompli jimxi f’nofs ta’ triq, bil-periklu li jittajjar minn xi vettura f’dawn it-toroq traffikuzi.

Minbarra l-perikli, li huma rizultat ta’ traskuragni u nuqqas ta’ ippjanar, wiehed jilmah ukoll muntanji ta’ hmieg u fdalijiet li xi whud ghogobhom jarmu go diversi ghelieqi.

Ghalkemm f’xi postijiet hemm tabelli biex ma jintremiex hmieg hawnhekk, din il-ligi ma tidhirx li qed tigi nfurzata, u l-hmieg lanqas biss qed jitnehha.

Bhal ma jigri ta’ sikwit, il-prezenza ta’ dan il-hmieg thajjar lil xi whud ohrajn biex ikomplu jzidu iktar hmieg mieghu, bir-rizultat li dawn l-ghelieqi, flok isebbhu daqsxejn l-ambjent, jispiccaw biex isiru verzjoni ckejkna tal-Maghtab. Jekk jigu mwahhlin numru ta’ bins fil-madwar, din is-sitwazzjoni ghandha mnejn titjieb.

Xi haga straordinarja hija wkoll in-numru kbir ta’ arbli li jinsabu f’dan il-post. L-arbli jinsabu f’kull daqs u ghamla, uhud minnhom mghawwgin u mmejlin u ohrajn sahansitra bla uzu. Hemm ukoll arbli tad-dawl li qeghdin wara l-hitan ta’ gonna privati- kif dan sehh ma nafux.

Persuna li lmentat ma’ din il-gazzetta qaltilna li ilha hafna tipprova tigbed l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet dwar din is-sitwazzjoni, izda s’issa ghadu qatt ma sar xejn dwarha.

Intant Transport Malta harget l-avviz li qed jintlaqghu applikazzjonijiet ghall-tenders ta’ kumpanniji tar-reklamar, propju biex Transport Malta tiddizinja kampanja gdida dwar is-sigurta’ stradali.

Ghalkemm din hija inizjattiva pozittiva, kif jista’ l-poplu jigi edukat dwar l-hekk imsejha road safety, meta hafna toroq f’Malta huma perikoluzi minnhom infushom, jew ghax ghandhom bzonn jinbidlu, jew ghax gew maghmula b’nuqqas ta’ ippjanar.

It-toroq ta’ madwar il-Victoria Gardens huma ezempju car ta’ dan.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata