Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tender ta’ €150 miljun b’offerta wahda

E-mail Print PDF
Share

abb-power-automation_copyFit-tender ghall-cable tal-elettriku ta’ taht il-bahar bejn Malta u Sqallija li jinvolvi nefqa ta’ €150 miljun mill-EneMalta, spiccat inxtehet ghalih offerta wahda. L-unika kumpannija li xehtet l-offerta hija  l-ABB Malta Sicily Interconnector Consortium, wara li l-kumpanniji l-ohrajn li kienu xehtu l-offerta taghhom fl-istadju tal-prekwalifikazzjoni u ntalbu jixhtu l-offerta attwali taghhom, jew qatghu qalbhom inkella rega’ bdielhom u tilfu l-interess u ma xehtux l-offerta finali taghhom. 
Il-kumpannija ABB li tifforma parti mill-ABB Malta-Sicily Interconnector Consortium giet imqabda mill-kumpannija Daniza BWSC biex taghmel parti mix-xoghol tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara. Zewg kumpanniji sussidjarji tal-kumpannija ABB, fl-2004 kienu nstabu hatja ta’ korruzzjoni minn qorti f’Texas.

Fin-Nigerija l-ABB kienet imdahhla mal-Lahmeyer International li nstabet hatja ta’ korruzzjoni u li  eventwalment spiccat blacklisted mill-World Bank minhabba f’hekk.

F’dawn l-ahhar 10 snin, l-ABB li hija bbazata l-Izvizzera imma hija kkontrollata minn azzjonisti Zvedizi, kienet involuta f’diversi kazijiet ohra ta’ korruzzjoni, l-aktar maghruf fosthom dak fi zmien Saddam Hussein fl-Iraq,  fl-hekk imsejjah ‘Food for Oil Scandal’ fejn numru ta’ kumpanniji, fosthom ABB kienu xahhmu membri tal-Gvern ta’ Saddam Hussein biex jaghmlu progetti fl-Iraq.

Intant ghat-tender tas-submarine interconnector tal-elettriku bejn Malta u Sqallija, originarjament kienu 6 il-kumpanniji li xehtu offerta ghal dan il-kuntratt: (1) Duc Diving B.V.; (2) Engineering and Technology Limited bhala agenti ta’ Viscas Corporation; (3) Prysmian Powerlink; (4) Nexans Norway AS, Areva T & D AG; (5) NKT Cables GmbH, Pauwels, Royals Boskalis u (6) ABB Malta-Sicily Interconnector Consortium. Fit-12 ta’ Frar li ghadda l-General Contracts Committee tal-Ministeru tal-Finanzi kien iddecida li jqassar din il-lista ghal erbgha: ABB Malta-Sicily Interconnector Consortium; il-Prysmian Powerlink; Nexas Norway u Engineering &  Technology Limited. Ghal xi raguni kien biss l-ABB Malta-Sicily Interconnector Consortium li xehet offerta u t-tliet kumpanniji l-ohra spiccaw tilfu l-interess jew qatghu qalbhom.

Difficli wiehed jifhem kif kuntratt ta’ dan il-kobor, kuntratt mill-kbar nett ghall-pajjiz zghir bhal Malta, gibed lejh l-interess ta’ offerta wahda biss, minn consortium li hemm fih kumpannija li fil-passat b’mod dirett jew indirett kienet involuta f’diversi kazijiet ta’ korruzzjoni f’pajjizi differenti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata