Chantelle, kif beda
dan l-abbuz?Minbarra in-neputi li ghandu 15-il sena, ghandi wkoll zewgt ibniet ta’ tlettax u ghaxar snin fil-kustodja tieghi. Dawn, bhat-tfal l-ohra kollha, jhobbu jilghabu bl-internet, u kellhom profil fuq is-sit tal-Hi5. Darba rcievew ‘friend request’ minghand wiehed guvni ta’ 27 sena li jahdem mieghi, u li jghix fl-istess rahal taghna. Jien lit-tfal ghallimthom jghiduli kollox, u ghalhekk qabel m’accettawh gew isaqsu lili. Jien, peress li kont nafu, tajthom il-permess li jkellmuh, ghax qatt ma bsart x’seta’ jigri.
Kif indunajt bl-abbuz?
Darba gejt mix-xoghol u n-neputija ta’ tlettax-il sena giet tigri fuqi. Qaltli li dan il-guvni beda jikxef il-parti tieghu fuq il-‘webcam’ u jimmasturba quddiemha. Qaltli wkoll li lilha u lil ohtha kien qallhom biex ma jghidu lil hadd. Jien bilkemm stajt nemmen, u peress li t-tfal ilhom ghaddejin minn trawmi familjari, iktar gejt f’dubju. Izda t-tifla t’ghaxar snin kienet pronta u kkonfermat dak li kienet qalet ohtha, ghax hi wkoll kienet rat kollox.
X’kienu l-ewwel passi li hadt meta sirt taf?
Meta qaluli x’kien gara, jien ghidtilhom biex meta jerga’ jkellimhom jghiduli mill-ewwel, halli nkun nista’ nara b’ghajnejja x’kien qed jaghmel. U fil-fatt hekk gara. Meta rega’ kellimhom it-tfal sejjhuli u jien kont ippreparata. Irrekordjajt dak kollu li ntqal u hadtlu wkoll ritratti bil-kamera. Din id-darba lit-tifla beda wkoll jitlobha tinza’ u qallha wkoll biex tiltaqa’ mieghu barra. Meta kelli l-provi f’idejja, lit-tfal avzajthom biex ma jkellmuhx izjed.
Int m’ghamiltx rapport mill-ewwel. Ghaliex?
Min hawn gejt bejn haltejn x’kont ser naghmel. Ma ridtx li dak li ghamel man-neputijiet tieghi jaghmlu mat-tfal ta’ haddiehor, u ghalhekk xtaqt nirrappurtah.
Min-naha l-ohra bdejt nahseb fuq il-problemi li kien ha jkolli fuq ix-xoghol, ghax dan huwa bniedem li rrid bilfors inhabbat wicci mieghu kuljum. Barra minhekk kien hemm ukoll il-problema tal-kustodja tat-tfal. Dawn kienu ilhom jigu msawta minn missierhom, u ommhom waqghet f’dipressjoni.
It-tfal ma ridthomx jispiccaw f’orfanatrofju, ghalhekk gibthom jghixu mieghi. Ghadni qed niggieled ghal kustodja legali taghhom, u b’dan l-incident bzajt li ha nitqies bhala bniedma irresponsabbli u jehduli t-tfal. Sincerament ma kontx naf x’ser naqbad naghmel.
X’kien li eventwalment imbuttak biex taghmel rapport?
Minhabba l-problemi li t-tfal ghaddew minnhom, ‘social worker’ tigi fuq bazi regolari biex tkellem lit-tfal u tara kif ghaddejin.
Darba minnhom iz-zija qalet lis-‘social worker’ b’dan l-abbuz, u s-‘social worker’ haditha bi kbira hafna li jien ma kontx ghamilt rapport mill-ewwel. Kellmitni u qaltli li din kienet sitwazzjoni gravi hafna, u li jekk ma kontx ser naghmel rapport kienu ser jehduli t-tfal. Kien hemmhekk li mort l-Ghassa taz-Zurrieq u ghamilt ir-rapport. Minn dakinhar ‘l hawn is-sitwazzjoni kompliet sejra ghall-aghar, ghax bhal ma tista’ timmagina inqalghet tensjoni kbira, u t-tfal kellhom jergghu jghaddu minn trawma ohra.
Kontra kull protokoll icemplulek mill-Ghassa biex thassar ir-rapport. X’gara ezatt?
Meta l-pulizija bdiet tinvestiga, dan il-guvni beda jghajjarni giddieba, u qal ma’ kulhadd li kont qed naghmillu malafama. Fl-istess waqt beda jibghatli l-messaggi fuq il-mobile biex “ninsew kollox”, u sahansitra gie jhabbatli d-dar biex ikellimni. It-tfal bdew jibzghu minnu, u jien ma xtaqtx niftahlu ghax ma kontx naf x’ser jigri.
Ghalhekk cempilt l-Ghassa taz-Zurrieq, ghax minghalija kont ser insib xi wens mill-pulizija, izda meta spjegajtilhom is-sitwazzjoni qaluli biex niftahlu u nkellmu ghax “sinjal li jrid jirranga l-affarijiet”.
Jien xorta ma ftahtlux, u mit-tieqa ghidtlu biex jitlaq ‘l hemm u ma jergax jigi jhabbat. Minghandi dan baqa’ sejjer l-Ghassa, u wara ftit cempilli xi hadd u qalli li huwa s-Surgent mill-Ghassa taz-Zurrieq.
Talabni mmur hemmhekk ghax qalli li dan il-guvni kien qieghed hemm u kien iddispjacut. Xtaq li jirranga l-affarijiet u kien “lest li jhallas id-danni”. Ovvjament jien irrifjutajt, ghax apparti li naf li hija xi haga li mhux suppost issir, li ghamilt jien m’ghamiltux ghall-flus. Meta aktar tard ghidt lill-Ispettur b’dak li kien gara, dan ikkonfermali li din il-haga tmur kontra l-protokoll u ma kelliex issir.
X’parir taghti lill-genituri li t-tfal taghhom iqattghu hin twil fuq l-internet?
Minix ha nghid li l-genituri ghandhom joqghodu mat-tfal il-hin kollu li dawn ikunu fuq l-internet, ghax naf li din hija xi haga impossibli. It-tfal ma tistax tpoggihom f’bozza u toqghod maghhom f’kull sekonda tal-gurnata, specjalment meta jkunu tfarfru.
Li huwa mportanti li taghmel però, hu li tedukahom kontinwament u li jkollok relazzjoni tajba maghhom. Jien ghallimthom jghiduli kollox, u kien bis-sahha t’hekk li lhaqt l-abbuz mill-bidu nett, qabel ma seta’ jghamel izjed hsara.
• isem mibdul ghal ragunijiet ta’ privatezza

| < Prev | Next > |
|---|






