Ma’ dawn wiehed irid izid ukoll il-miljuni f’kontijiet mhux imhallsin li jinzammu fil-kexxun, ghax is-sistema tal-accrual accounting baqghet ma ddahhlitx fis-sehh. Meta wiehed jghodd din is-somma enormi ta’ dejn li jidher u li ma jidhirx mal-biljuni kbar li ngabru f’taxxi matul is-snin, ta’ bilfors tistaqsi lilek innifsek kemm tabilhaqq ghandu x’juri l-Gvern ghal dan id-dejn kollu li ghad irid jithallas u ghal dawk it-taxxi kollha li ngabru.
Dik li hawn minn isejhilha Malta Inc., kieku tassew kienet titmexxa fuq il-linji ta’ kumpannija kummercjali, kieku l-Bord tad-Diretturi u t-top management taghha ilhom li nghataw daqqa ta’ sieq fuq il-warrani u murija l-bieb ta’ barra.
Imma minflok ma l-Ministri tal-Kabinett inghataw is-sensja kif kien ikun haqqhom ghat-tmexxija finanzjarja hazina u mhux ghaqlija ta’ dan il-pajjiz, dawn spiccaw taw lilhom infushom zidiet qawwija fis-salarju taghhom wara l-ahhar elezzjoni generali. Dan minkejja li suppost il-pajjiz kollu u min imexxih kien qed igewwez u jara kif jaghmel biex inaqqas mill-ispejjez minhabba l-maltemp ekonomiku u finanzjarju li kienet ghaddejja minnu d-dinja, mhux inqas Malta.
Fi zminijiet ta’ krizi li gabet maghha taqlib kbir fis-swieq internazzjonali, l-inqas haga li wiehed kien jistenna minn Gvern ta’ pajjiz zghir bhal Malta, li dan jordna xi ftit il-prijoritajiet tieghu bhala pajjiz. Fi zmien ta’ awsterità u ta’ assesstament biex l-art ma tkomplix titrieghed, il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi deherlu, fl-imbierka s-sapjenza tieghu, li ghandu jimbarka fuq progett ta’ bieb ta’ belt kapitali li mhuwiex bieb imma passagg fis-swar, teatru li biex tidhol fih trid tiehu mieghek l-umbrella biex tilqalek mix-xita, mix-xemx jew min-nida, u bini ta’ Parlament gdid meta qajla hemm bzonnu meta l-Parlament aktar ma jiltaqax milli jiltaqa’ u, fid-drabi li jiltaqa’, il-bini attwali tal-Parlament ikun vojt qisu cimterju ghall-mod kif il-Gvern ta’ Gonzi qatel l-interess fix-xoghol parlamentari.
Meta tisma’ lil xi hadd bhall-Ministru Tonio Fenech jippriedka t-triq tas-sagrificcju lill-haddiema tal-ST u tal-Air Malta, tisthajlu qisu l-Mara l-Hoxna ta’ Hal Saflieni tishaq mas-sudditi u l-iskjavi taghha dwar il-bzonn li dawn isumu u jaghmlu d-dieta, u tghidilhom dan dejjem ghall-gid taghhom.
Immagina kif thossok jigi xi hadd fuqek, li bil-hniena jinqafillu c-cinturin tal-qalziet, li jigi jghidlek biex ma tithanzirx u biex tissikka c-cinturin meta qaddek bil-kemm jidher.
Gvernijiet serji ta’ pajjizi fejn l-opinjoni pubblika tigi stmata, meta gew ghas-si u n-no f’mumenti krucjali bhal dawn, ma qadux jippuntaw subaghhom lejn haddiehor, imma l-ewwel m’ghamlu kien li harsu wahda u sew lejn il-mera u qatghu bicca sew mis-salarji u l-beneficcji taghhom u mhux ziduhom.
Anki biex ghall-mument sab tarf tat-tgergir tal-imsaren fl-intern tal-partit tieghu, flok gharaf jisskossja wahda u sew lil shabu biex igibhom f’posthom, Gonzi spicca dahhal lil pajjiz f’xebgha spejjez zejda sabiex momentarjament jixtri l-paci interna fi hdan il-partit tieghu.
Gvern li jbati minn dan it-tip ta’ kapricci mhux f’pozizzjoni li jippontifika lejn hadd, anki f’mumenti difficli bhal dawk li qed jiffaccjaw il-haddiema tal-ST u tal-Air Malta.
Jaghmlu sew dawn il-haddiema li jharsu kemm jifilhu l-interessi taghhom u li ma jhallu lil hadd iqeghdilhom il-bzieq fuq imnehirhom, specjalment meta jkun xi hadd bhal Tonio Fenech li meta jigi biex ihares l-interessi personali tieghu, ma tantx joqghod lura…staqsi lil tar-Rainbow Turnkey ha jghidulek.
Li hu importanti hu li l-haddiema tal-ST jaraw fit-tul u mhux sal-ponta ta’ mnehirhom biex jizguraw li l-prezenza tal-ST f’Malta tkun wahda dejjiema ghall-gid taghhom u tal-pajjiz.

| < Prev | Next > |
|---|








