Dawn l-ezamijiet, huma mumenti importanti fil-hajja taz-zghazagh li jaghmluhom u riflessjoni ta’ process ta’ diversi snin fis-sistema edukattiva ta’ pajjizna. Permezz ta’ dawn l-ezamijiet qed issir ghazla bejn dawk li se jkollhom il-kredenzjali mehtiega biex jissoktaw bl-istudji taghhom minn dawk li jkunu kostretti li jieqfu.
Dawn l-ezamijiet ma nistghux inharsu lejhom bhala mument specifiku li jintemm malli johorgu r-rizultati, izda wiehed irid ihares b’mod aktar wiesa’ biex nifhmu aktar x’inhuwa mehtieg fil-bini tal-futur taz-zghazagh Maltin u Ghawdxin.
Ma nistax ma nifrahx lil dawk kollha li ghaddew minn dawn l-ezamijiet issa li ghandhom cavetta ohra lejn aktar successi fit-tkattir tat-taghlim taghhom. Lil dawk li ma rnexxilhomx, wiehed irid jaghtihom kuragg biex ma jaqtghux qalbhom milli jkomplu jinvestu l-energija taghhom fit-taghlim.
Kemm ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin, kif ukoll ghal pajjizna, huwa mehtieg li t-tfal u z-zghazagh ikollhom success fl-edukazzjoni. Hemm bzonn ta’ aktar hiliet u aktar nies li jkollhom il-hiliet mehtiega biex niffaccjaw l-isfidi tal-lum u taz-zmien li gej. Biex pajjizna jirnexxi, jehtieg li jkollna aktar nies lesti jaghtu s-sehem taghhom ghal dan is-success li minnu jista’ jgawdi l-pajjiz kollu.
Lil hinn minn dawk li qeghdin jirnexxu fil-qasam edukattiv, jehtieg li nifhmu aktar dak li huwa mehtieg biex aktar tfal u zghazagh jirnexxu. Jehtieg impenn akbar b’risq dawk it-tfal u z-zghazagh li lanqas qed jaslu biex jaghmlu dawn l-ezamijiet, ahseb u ara kemm qed jirnexxu fihom. Jehtieg li wiehed jifhem x’hemm li jzomm lura lil dawn iz-zghazagh milli jaslu sa dan il-livell.
Mhuwiex accettabbli aktar li f’pajjizna jkollna parti sostanzjali minn generazzjoni li tintilef u tispicca minghajr dawk il-hiliet bazici mehtiega biex persuna jkollha opportunitajiet ta’ xoghol u xoghol ta’ kwalità tajba. Is-socjetà Maltija kollha ghandha responsabiltà li tindirizza din is-sitwazzjoni. Jekk min waqa’ lura jew qed jaqa’ lura jinghata c-cans mill-gdid u jirnexxi, ikun success ghas-socjetà b’mod generali.
Lil hinn mill-ezamijiet u mill-edukazzjoni formali, hemm il-htiega li naghtu formazzjoni f’diversi oqsma u aspetti ohra. Iz-zghazagh jehtiegu tahrig f’numru kbir ta’ aspetti partikolarment meta wiehed jara kif qed tavvanza t-teknolgija u dejjem qed issir parti intima mill-hajja taghna ta’ kuljum.
F’dinja dejjem aktar dipendenti mit-teknologija u li litteralment qed titrabba fit-teknologija, tant illi minn età zghira t-tfal taghna llum huma konsumaturi ta’ sistemi tal-Information Technology, hemm bzonn ta’ gharfien izjed kif wiehed jghix f’socjetà li tiddependi u li tibbaza l-attività kollha taghha fuq din it-teknologija.
L-avvanz fit-tekonolgija gab mieghu opportunitajiet godda ta’ xoghol fl-aspetti kollha taghha. B’rizultat ta’ dan l-izvillupp pajjizna llum ghandu settur dejjem jikber u jgawdi l-hiliet ta’ bosta Maltin u Ghawdxin li jahdmu f’dan is-settur. Izda din id-dinja virtwali tehtieg ukoll aktar nies b’hiliet li jafu jaghmlu l-aqwa uzu mis-servizzi varji li din toffri.
Huwa ghalhekk importanti hafna li s-successi edukattivi li jkollu pajjizna, filwaqt li nkattruhom u nghinu biex aktar zghazagh jirnexxu fl-oqsma edukattivi taghna, irridu nhejju lis-socjetà taghna aktar ghall-bidliet li qed isehhu u li se jkomplu jsehhu fiz-zmien li gej.
Is-success ta’ pajjizna jista’ jsehh biss, rizultat ta’ success ta’ hafna. L-impenn taghna huwa li naccertaw li aktar nies jirnexxu. Minn dan jiddependi l-gejjieni ta’ pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|






