Minkejja li l-Ministru tal-Edukazzjoni u l-media Nazzjonalista qed jippruvaw igiddbu lill-kelliemi Laburista ghall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo dwar dan, (ghalkemm l-istess haga qeghdha tinghad anke mill-Malta Union of Teachers u ohrajn), jibqa’ l-fatt li stqarrija li hareg l-istess Ministeru tal-Edukazzjoni tikkonferma dan.
Infatti fl-ewwel twegiba bl-Ingliz tal-Ministeru ghall-mistqosijiet li kienu qed iqumu dwar hlas ghal dawn il-korsijiet intqal, u se nirrepeti dak l-intqal bl-Ingliz: “the registration for each subject for the three year certification course amounts to £110” li maqlub ghal Malti jfisser “ir-registrazzjoni ghal kull suggett ghal kors ta’ tliet snin jammonta ghal £110”(€133). Izda l-Ministeru u l-media Nazzjonalista jidher li ntebhu malajr bil-konferma li kienet saret u bdew jitkellmu li l-hlas kien ghall-ezamijiet (examination fee).
Biss meta wiehed jitkellem dwar hlas ta’ registrazzjoni, jkun qed jghid li l-hlas se jsir fil-bidu tal-kors u jekk ma jsirx dak il-hlas wiehed ma jistax jaghmel dak il-kors. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li studenti tal-MCAST li dahlu ghall-korsijiet mmexxija mill-kumpannija Ingliza BTEC, li se tiehu hsieb il-korsijiet vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji, hallsu bil-quddiem biex jaghmlu l-korsijiet taghhom.
Biex jippruvaw imeru dak li ntqal minn Evarist Bartolo, il-Malta Union of Teachers u ohrajn, il-media Nazzjonalista kkwotat minn stqarrija li hareg l-Edexcel – il-korp fir-Renju Unit li jiccertifika dawn il-korsijiet –, fejn sostniet li dan il-korp ghamilha cara li l-uniku hlas involut hu b’rabta mal-kwalifika li wiehed jiehu fl-ahhar tal-kors u mhux mat-taghlim innifsu, u allura qed jinghad li dan hu l-istess kif isir ghall-hlas tal-mizata mitluba ghall-ezamijiet tas-SEC u l- MCAST.
Izda li halliet barra l-media Nazzjonalista huwa l-fatt li l-hlasijiet jsiru fil-bidu tal-kors u mhux meta wiehed jasal biex jaghmel l-ezamijiet kif isir fl-ezamijiet tas-SEC.
Li ma ntqalx ukoll kemm hija l-mizata biex wiehed jaghmel ezami tas-SEC meta mxebbah ma’ dak li se jhallsu l-istudenti li se jiehdu xi kors vokazzjonali …. U differenza mhijiex wahda zghira.
Se jkun hemm min se jwiegeb li din id-differenza hija ghall-fatt li fis-sistema tal-BTEC ma jsirx ezami wiehed imma jkun hemm assesjar kontinwu. U jien nistaqsi: fis-suggetti l-ohra li normalment isiru fl-iskejjel sekondarji, l-ghalliema ma jkunux qed jaghmlu assessjar kontinwu? Ma jsirux wkoll l-ezamijiet f’nofs u fi tmiem is-sena barra dawk tas-SEC? Safejn naf jien ghal dan l-istudenti ma jahallsu xejn!
U hawn ta’ min wiehed jistaqsi: X’se jigri jekk student ghal xi raguni ma jkomplix il-kors kollu? Se jkun hallas ghalxejn? Bizzejjed wiehed ihares x’qed jigri fl-iMCAST fejn fis-sena li ghaddiet 14% tal-istudenti abbandunaw il-kors taghhom.
Nisperaw li mhux se jkun hemm min jghidilna li l-hlas minn qabel se jkun speci ta’ ncentiv biex la jkun hallas ikompli l-kors. Ghax aktarx li l-effett ta’ hlas bil-quddiem se jkollu effett oppost - li dak li jkun jahsibha darbtejn jekk jidholx ghall-kors vokazzjonali fejn il-hlas hu bil-quddiem.
U wiehed ma ghandux ihares lejn il-kwistjoni ta’ hlas biss, izda wkoll lejn ir-rizorsi, rizorsi li nispera li kollha li jipprovdihom il-Gvern u ma nispiccawx li jkunu wkoll ta’ piz fuq l-istudenti u l-familji taghhom. Hemm imbaghad il-kwistjoni tat-tahrig tal-ghalliema li minkejja dak kollu li ntqal, xejn mhi cara.
Ta’ min iqis ukoll il-fatt li ghal hafna l-edukazzjoni vokazzjonali hija ta’ livell inqas minn dik akkademika. Saru hafna sforzi matul iz-zminijiet, specjalment minn Gvernijiet Laburisti, biex kemm jista’ jkun tinqata’ din il-kultura. Issa wisq nibza’ li bil-mod kif qed idahhal dawn il-korsijiet il-Gvern fl-iskejjel sekondarji, minflok mhu se jkompli jghin biex l-edukazzjoni vokazzjonali tinghata spinta, se tinghata daqqa ta’ harta.

| < Prev | Next > |
|---|






