Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Terminu gdid

E-mail Print PDF
Share

Minn din il-pagna ktibt diversi drabi dwar il-Kumitat Ekonomiku u Socjali tal-UE, anzi biex inkun aktar preciz l-ghan ta’ din il-pagna kien appuntu biex naghti informazzjoni dwar dak li jkun qed issehh fi hdan dan il-kumitat. Min isegwi din il-pagna nahseb li jaf ferm aktar milli kien jaf qabel dwar ix-xoghol li jinvolvi dan il-kumitat. F’Ottubru li gej jiskadi l-mandat taghna l-membri tal-kumitat u b’hekk ikollhom isi­ru nomini godda mill-pajjizi kollha membri tal-UE.  27 pajjiz jibaghtu n-nomini taghhom wara li jsiru n-nominazzjonijiet mid-diversi organizazzjonijiet u wara l-approvazzjoni tal-Gvernijiet.
Fil-kaz ta’ Malta n-nominazzjonijiet digà saru u jidher li l-Gvern ba­ghat il-proposti ufficjali fil-bidu ta’ din il-gimgha. Min-naha tat-trade unions jidher li mhux ser ikun hemm problemi biex kemm jien kif ukoll An­na Maria Darmanin inzommu postna ghal erba’ snin ohra wara li digà ilna sitt snin membri f’dan il-Kumitat. Maghna jidher ukoll li ser izzomm postha Grace Attard li tirrapprezenta s-socjetà civili mal-Grupp III.

Jibqa’ in-nomini ta’ min ihaddem. Li hu zgur hu li Sylvia Gau­ci u Edwin Calleja mhux ser ikun maghna ghall-mandat li jmiss. Is-Sinjura Gauci issa qed tokkupa l-post ta` kap ezekuttiv tal-MCESD, fil­waqt li Edwin Calleja hu pensjonant. It-tnejn li huma taw sehem shih fil-KESE f’dawn l-ahhar sitt snin. Maghhom personalment bnejt relazzjoni tajba hafna u dejjem sibna mezz kif niftehmu. Minn din il-pag­na nixtieq insellmilhuom u nirringrazzjahom. Minn flokhom mistennija jinhatru Vince Farrugia tal-GRTU u Stefano Mallia tal-Kamra tal-Kummerc u Industriji. Qed nghid mistennija ghax xejn ma hu ufficjali iz­da jidher li din ser tkun id-decizjoni tal-Gvern. Nispera biss li ma dawn iz-zewg persuni nibni relazzjoni tajba kif kelli mat-tnejn ta’ qabel.

Filwaqt li nistennew id-decizjoni tal-Gvern, ix-xoghol taghna jkompli ghal fatt li f`dawn il-gimghat isiru l-hatriet fuq diversi kumitati fi hdan il-KESE. Minn aktar minn 300 raprezentant, 100 ser ikunu godda. Dan ifisser bidla shiha fil-persuni fejn kwazi terz ser ikunu godda. Ifisser ukoll bicca xoghol iebsa biex insibu postna fuq kumitati u f’hatriet ohra. Digà hu maghruf minn ser ikun il-President tal-KESE ghall-fatt li fis-sentejn li gejjin imiss lil Grupp III biex jinnominaw persuna wara li ghal dawn l-ahhar sentejn kellna president gej minn Grupp II, dak tal-haddiema. Iridu jimtlew ukoll zewg postijiet ta’ vici presidenti tal-KESE li din id-darba iridu jinhatru minn Gruppi I u II.

Fil-kaz ta’ Grupp II id-decizjoni finali hadniha nhar l-Erbgha filghodu bil-hatra ta’ Anna Maria Darmanin. Anna ser tkun l-ewwel rapprezentanti Maltija li lah­qet dan il-livell hekk gholi. Personalment kont min ta’ quddiem biex imbuttajt din in-nomina minkejja li hi tirrapprezenta lill-UHM u CMTU. Nemmen li pajjizna hekk jixraqlu u ghalhekk gibt l-interessi ta’ Malta qabel interessi ohra. Jien u Anna Maria nahdmu tajjeb hafna flim­kien fil-KESE u jien altru minn konvint li din ir-relazzjoni ser tkompli fix-xhur li gejjin.

Min-naha tieghi ser nipprova nzomm hafna mill-kumitati li kont fi­hom f’dawn l-ahhar snin. Digà ilhaqt ftehim ma’ Anna dwar it-tliet sezz­jonijiet li ser inzommu t-tnejn li ahna u issa jmiss li nahdem biex inzomm post fuq il-Kumitat EuroMed u il-JCC tal-Croatia. Dawn it-tnejn huma prijorità u l-ohrajn naraw aktar ‘il quddiem.

Jigri x’jigri irrid nibda minn issa inharreg lil xi hadd gdid biex jiehu posti. Mhux behsiebni naghmel l-erba’ snin shah u nispera li nkun f’pozizzjoni li nwarrab biex jidhol demm gdid u zaghzugh minfloki. Sakemm jasal dak iz-zmien nibqa’ naghti l-informazzjoni minn din il-pagna.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata