Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kotba tat-tfal b’differenza

E-mail Print PDF
Share

ersila_bee_autorIt-tfal ghandu jkollhom kotba li jifthulhom l-immaginazzjoni u li jdawwruhom dawra mad-dinja ta’ madwarhom. Hekk ghamlet ERSILA BEE fil-ktieb li gie ippubblikat dan l-ahhar mad-dinja kollha fejn anki Malta tissemma’.
Bl-ammont ta’ kotba li johorgu, ma tantx hu facli li wiehed jaqra kollox. Izda jekk wiehed ikollu certu kategoriji ta’ kotba li jippreferi jaqra, hekk forsi l-hajja tkun aktar facli. Dak li jkun ikun jista’ jaggorna ruhu bl-aktar informazzjoni ricenti ta’ dak li joghgob lilu.

Ftit gimghat ilu, gie ppubblikat mad-dinja kollha ktieb intenzjonat kollu kemm hu ghat-tfal.  L-awtrici ta’ dan il-ktieb, Ersilia BEE idawwar lill-qarrejja dawra sabiha mad-dinja, u Malta hija nkluza fiha. Iva, Malta tinsab f’dan il-ktieb u anke hemm tpingija li tirraprezenta lil Malta taghna!

Ma stajtx ma nitkellimx mal-awtrici ckejkna tal-ktieb hekk imsejjah ‘The Everywhere Arm­chair’.  Ersila Bee hi tifla b’xaghar innukklat ahmar skur, dejjem titbissem u tidhak.  Xtaqet tferrah lin-nies tad-dinja kollha propju b’dan il-ktieb taghha, ghax fil-fatt dan il-ktieb jinsab imxerred mad-dinja kollha, inkluz ovvjament f’Malta.

Ersila fil-fatt bdiet tghidli li ltaqghet ma’ tip ta’ magijja b’kum­binazzjoni. “Dak kont qiegh­­da ghand in-nanna li ghandha dar fejn bosk zghir. Din id-dar ilha hemm seklu u vera antika. Ghalhekk meta mmur ghand in-nanna nhobb inhuf u nipprova niskopri xi misteri u darba wahda irnexxili.

Kont ta’ spiss inqalleb fil-loggja u meta hsibt li kont skoprejt kollox, sibt ktieb li fuq il-qoxra tieghu kellu miktub b’lingwa ohra ‘Il-hajja hija storja u inti l-awtrici taghha..’.  Meta ftaht il-ktieb sibt li l-folji tal-ktieb kienu vojta. Lanqas ittra wahda ma kellhom. Il-qoxra minn gewwa kellha miktub ‘mela aqbad il-pinna b’idejk u l-holm isir realtà.  Taht dan il-kliem kien hemm illustrazzjoni ta’ rixa ta’ kull kulur. Meta missejt l-illustrazzjoni, l-ktieb xeghel u sibt ruhi bil-pinna tar-rixa f’idi. L-illusrrazzjoni kienet ghebet. Il-kliem kien sar lewn id-deheb. Innutajat li fuq wara kien hemm bi kliem zghar ‘holma wahda kull persuna.’ Il-pinna l-gmiel taghha, tixghel u tleqq bil-kuluri li fiha”, bdiet tirrakkontali Ersila dwar il-bidu tal-formazzjoni tal-ktieb.

B’hekk kull ma riedet tikteb seta’ jsir realtà. “Kont naf hafna u hafna nies li kellhom holm sabih u jien stajt nghinhom u nferrahom.  Iddecidejt li dwar il-ktieb ma nghid lil hadd. In-nanna meta staqsejtha ghandhiex xi kotba fil-loggja, qaltli li hemm hwejjeg u trab biss hemm. Dwar il-ktieb ma kienet taf xejn,” insistiet ic-ckejkna Ersila.

Xewqat isiru realtà

Huwa propju hawn fejn beda jissawwar il-ktieb ‘The Everywhere Armchair’. Ersila tispjegali li bdiet tistaqsi xi persuni sabiex jaqsmu maghha xi xewqat li jixtiequ jsehhu fir-realtà. Eventwalment hi kellha tikteb dwarhom u jsiru realtà.  “Iddecidejt li nhalli lili nnifsi ghall-ahhar ghax ghalkemm kelli hafna u hafna u hafna xewqat u kurzità dwar kif inkun kieku wahda minnhom issir tassew reali, iddecidejt li tajjeb nahseb sew fuq dak li nixtieq halli nikteb ix-xewqa bid-dettalji kollha”.

Propju hawnhekk tibda l-istorja ta’ Mandy ghaliex Ersila ftakret li l-habiba tal-qalb taghha - Mandy kienet ilha tghid li tixtieq iddur id-dinja. “L-istorja minn dejjem kienet  taffaxxinaha specjalment meta l-ghalliema titkellem fuq pajjizi u kulturi ohra. Ghalhekk hsibt li nibghat lil Mandy fuq vjagg u biex tiehu aktar pjacir, flok fuq ajruplan bhal haddiehor insibilha mezz ta’ transport originali.  L-ghada fl-iskola bdiet tghid kemm in-nanna taghha taf fuq id-dinja u l-pajjizi b’kulturi differenti.

Qalet wkoll li n-nanna taghha qatt ma tinqala’ minn fuq pultruna antika kwazi daqs in-nanna stess. Hemmhekk gietni l-idea. Wara l-iskola dakinhar intfajt nikteb. Indunajt li minghajr ma kont qed nipprova, l-istorja bdiet tigi forma ta’ poezija, kollha mqabbla. L-ghada Mandy qaltli li lejliet kienet daret id-dinja kollha!  Bdiet tibza’ li ma nemminix, imma jien ghannaqtha u ghidtilha li ma kellhiex ghalfejn ma nemminiex, tant hadt pjacir naraha kuntenta”, tbissmet tghidli Ersila.

Malta msemmija

Ma stajtx ma nistaqsix lil Ersila, ghaliex propju ddecidiet li tinkludi lil Malta bhala wahda mid-destinazzjonijiet ta’ Mandy fil-ktieb taghha.  Fi kliemha wegbitni, “Malta hija pajjiz li trid tmur imqar darba f’hajtek specjalment jekk il-holma tieghek hija li ddur id-dinja. In-nanna dejjem qaltli li l-isbah affarijiet jinghataw f’kaxxi zghar, jew kif tghidu intom il-Maltin ‘l-essenza fil-fliexken iz-zghar qeghda’.

Malta vera zghira imma hija tassew sabiha u mimlija b’passat kollu misteri u stejjer ta’ avventura u ghalhekk semmejtha bhala wahda mill-aktar pajjizi vibranti fil-vjagg ta’ Mandy”, wegbitni Ersila.

Spjegatli wkoll li l-ghan wara dan il-ktieb taghha huwa sabiex thajjar lit-tfal kollha tad-dinja jibqghu joholmu u jemmnu li x-xewqat taghhom jistghu jsiru realtà.

Il-ktieb ta’ Ersila Bee jista’ jinxtara mill-hwienet tal-kotba lokali jew minn fuq is-sit http://www.directtextbook.com, jew inkella tista’ taghmel kuntatt dirett ma’  Ersila Bee fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata