Din il-gimgha ezattament l-Erbgha li ghaddew gie aggornat il-parlament u sejjer jerga’ jiltaqa’ wara x-xhur tas-sajf nhar it-Tnejn 27 ta’ Settembru 2010. L-Vici Prim Ministru Tonio Borg awgura mistrieh lil kull membru parlamentari u jiena, minna tal-oppozizzjoni, filwaqt li ghamilt l-istess, ghedt ukoll li din is-sena rajna xena ta’ ghajb f’dan l-parlment fejn zgur ma jixirqux lil min wettaqhom. Cara u tonda li kont qed nalludi ghalih stess meta ftit tal-gimghat ilu semghetu Malta u Ghawdex jghid u jesklama meta saret il-kalunja fahxija fuq sehbitna Justyne Caruana dwar kif ivvutat. Ghedt li dan is-sajf ghandu jservi ta’ riflessjoni ghal min ghandu jirrifletti.
Imma thalla xoghol importanti li ma sarx f’dan il-parlament qabel ma aggornajna. Bizzejjed wiehed ihares lejn il-mozzjoni ta’ siehbi Gino Cauchi li resaq dwar l-MCESD, u allura l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, li suppost dan ghandu jkollu r-raprezentanza xierqa, gusta u bilancjata tal-imsiehba socjali kollha f’pajjizna. Il-mozzjoni tghid car u tond li dan illum ma hux il-kaz u dan peress li matul is-snin l-istess Att XV tal-2001 ma gie emendat qatt biex jirrifletti x’qed jigri f’pajjizna.
Illi ghandna f’Malta l-FORUM Unjins Maltin li jkopru hdax-il unjin u jiena sejjer insemmihom ghax kollha huma unjins li qeghdin jaghtu kontribut kbir lill-qasam trejdunjonistiku f’pajjizna u allura huma parti essenzjali tal-Imsiehba Socjali f’Malta u Ghawdex.
Dawn huma: Malta Union of Teachers, Malta Union of Midwives and Nurses, Airline Pilots Association, Association of Airline Engineers, Union Haddiema Bank Centrali, Union Cabin Crew, Union Periti u Inginerija fis-Servizz Pubbliku, Union Professjonisti Awtorità tal-Ippjanar, University of Malta Accademic Staff Association, Union Technical and Clerical Workers (MEPA) u Enemalta Professional Officers Union, li dawn kollha jirraprezentaw aktar minn tnax-il elf haddiem (12,000) u xorta ma gewx accettati bhala membri tal-MCESD bi dritt tal-vot.
Hija aghar meta tikkunsidra li l-gvern qed jistahba milli jaghti d-dritt ta’ vot lil dawn it-12,000 haddiema f’isem il-FORUM, ghax qed jghid li dan jiddependi mil-veto ta’ kull membru li hemm prezentament fl-MCESD. Din hija gidba ghaliex l-istess ligi XV tal-2001 ma tghidx hekk u ma taghtix dan id-dritt.
Ghalhekk dan il-gvern, il-fatt li ma gabx ghad-diskussjoni din il-mozzjoni ghad-dibattitu biex il-kamra tirrisolvi ruhha u taccetta li jsiru l-emendi mehtiega fl-Att XV tal-2001 biex jkun hemm inkluz il-FORUM bhala bilanc fil-kompozizzjoni tal-MCESD, qed ikompli jiggrava d-drittijiet shah tal-haddiema Maltin u Ghawdxin matul ix-xhur li gejjin.
F’kelma wahda l-gvern Nazzjonalista qed kull darba jahrab mir-responsabilitajiet tieghu bhala Gvern Malti.

| < Prev | Next > |
|---|








