Friday
Sep 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-Turkija fl-Unjoni

E-mail Print PDF

christian_zammitFil-perijodu shun u umdu tas-sajf, hafna huma dawk li jiehdu ‘nagh­sa’ mill-politka u grajjiet kurrenti. Dan ma jsirx b’mod intenzjonat ghax il-vaganzi tal-ulied, is-safar ta’ xi whud, il-hin ta’ hdejn il-ba­har u l-festi, ixerrdu  fina lkoll sens ta’ aljenazzjoni u serhan li forsi matul ix-xhur l-ohrajn tas-sena, ma nesperjenzawx daqstant.
Però kien hemm suggett li holoq kontroversja mhux tas-soltu f’dawn il-jiem: id-divorzju. Jew ahjar l-abbozz jew proposta ta’ ligi mressqa minn deputat Nazz­jo­na­lis­ta fil-Parlament. Mhux bi hsiebni nidhol fil-mertu ta’ jekk dan id-dritt ghandux jigi introdott b’de­ciz­joni tal-Parlament jew inkella sus­seg­wentament ghal decizjoni po­po­lari f’referendum. Fuq haga wahda jien cert; perswaz illi d-diskussjoni interna fi hdan il-partiti fuq dan is-suggett ghadha wah­da kemxejn limitata.

Id-divorzju huwa dritt civili. Huwa ghazla ta’ hajja li tista’ tigi offruta lil min ikollu l-bzonn li jagh­mel uzu minn dan id-dritt. Però, fil-kamp politiku ghad hemm diversi esponenti li jippronostikaw til­wi­ma mal-Knisja Kattolika. Jien konvint li hemm dejjem spazju biex l-Istat u l-Knisja jikkoezistu f’pajjiz. Però kulhadd huwa responsabbli mill-ambitu tieghu. Jiena ma jidhirlix illi ghax jien favur l-introduzzjoni tad-divorzju, jiena kontra l-Knisja u l-principji universali taghha. Ma jfissirx illi jiena nixtieq noffri rotta facli lil min jixtieq jittermina z-zwieg tieghu. Ma jfissirx li jien ma nemminx li hemm bzonn hafna aktar preparazzjoni ghal min diehel ghaz-zwieg.

Sempliciment nixtieq biss li min wasal f’xifer ta’ falliment, ikollu opportunità jibda hajja ohra ma’ bniedem iehor minghajr l-istigma socjali u timbru tal-‘poggut/a’, u minghajr ma jkun qed jghix f’vakuum legali. Però, bla dubju, huwa mehtieg li l-partiti jiddiskutu dan internament bl-aktar mod apert u johorgu b’pozizzjoni cara fuq din l-issue.

Naqleb ghax-xena esterna. Wah­da mill-aktar affarijiet li laqtuni f’dawn l-ahhar gimghat kienu ahbarijiet li jikkoncernaw pajjiz par­tikolari: it-Turkija. Interessanti kienu spunti minn zewg diskorsi pronuncjati minn Robert Gates, segretarju tad-difiza Amerikana u dak tal-President Amerikan Oba­ma. It-tnejn li huma enfasizzaw il-frustrazzjoni li jhossu peress illi fl-opinjoni taghhom, l-Unjoni Ewro­pea mhux talli ma integratx lit-Turkija fl-istess Unjoni, imma talli qed taljenaha mid-dinja tal-Punent.

Xhin wiehed jifli sew dawn id-diskorsi wiehed jintebah ghaliex l-Amerika tishaq daqs­hekk li pajjiz kbir bhat-Turkija jkun ankrat fid-dinja tal-Punent. Dan il-pajjiz sekulari, però abitat minn miljuni ta’ Musulmani, jinsab f’reg­jun jahraq hdejn pajjizi bhall-Iran, Izrael, is-Sirja u Iraq. L-Amerika tittama li t-Turkija tkun katalista ghall-paci f’dan ir-regjun ta’ interess mondjali. Apparti minn hekk, dan l-istess pajjiz jinsab f’zona delikata immens f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ akwadotti taz-zejt, kummerc mal-Lvant Nofsani u traffikar ta’ narkotici mill-Afg­a­nis­tan.

Però dak li qed jitlob l-Istat Ame­ri­kan mhuwiex daqshekk facli li jsir fil-konkret. Nibdew mill-fatt illi prezentament l-Unjoni Ewropea tinsab f’sitwazzjoni ekonomika mill-aktar turbolenti. Ghandek pajjizi Mediterranji bhall-Grecja u Spanja li ghaddejjin minn perijodu iswed ekonomiku, u l-Italja, li min­kej­ja l-ftahir ta’ Berlusconi, ghand­ha l-aktar ammont qawwi ta’ dizokkupati zghazagh f’dawn l-ahhar decennji. Mill-banda l-ohra, il-Germanja u Franza mhumiex jaqblu bejniethom fuq x’ghandu jsir biex l-unjoni monetarja tinqala’ mix-xifer, bil-Germanja tis­haq fuq aktar rigidità, mizuri ta’ awsterità,  dixxiplina fiskali u sanz­jonijiet kontra min ma jobdix u anke sahansitra telfien tad-dritt tal-vot fl-istituzzjoniet Ewropew ghal dak il-pajjiz li ma jonorax din id-dixxiplina fiskali.

Imbaghad ghandek il-punt l-iehor. L-Amerikani jahsbu li peress illi huma, wara gwerra civili aktar minn seklu u nofs ilu, irnex­xiel­hom jibnu pajjiz li kien storja ta’ success, jemmnu li jista’ jsir ukoll fl-Ewropa. Però jinsew illi t-Turkija ghadha minghajr relazz­jo­ni­jiet ma’ Cipru, membru iehor tal-UE. L-istess Turkija ghadha ma tirrispettax id-drittijiet tal-minoranzi. Apparti minn hekk, li kieku kellha tidhol fl-UE, il-Kummisjoni Ew­ro­pea jkollha twaqqaf ghajnuna finanzjarja li jaghti stat membru lill-kumpanniji fil-konfini tieghu, biex jincentivahom jibqghu fl-istess pajjiz membru u ma jittraz­lo­kawx lejn it-Turkija fejn hemm haf­na xo­ghol irhis. U xi nghidu ghall-fatt li fl-UE il-Qrati tal-pajjizi membri jirrikonoxxu b’mod re­cip­ro­ku l-poteri ta’ xulxin? Ikunu salvagwardati d-drittijiet ta’ cittadini Ewropej fi tribunal jew qorti Torka?

Dawn huma fost il-punti saljenti ghaliex zewg issues tant differenti bhalma huma d-divorzju u l-kwist­joni tat-Turkija fl-UE, jinnec­ces­sitaw diskussjoni wiesgha, fid-dettall u minghajr pregudizzji.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy / Wind Sunny Sunny Mostly Sunny
22C 29C 29C 28C 28C
Fri Sat Sun Mon Tue

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura