It-tim Malti tal-Weightlifting ghadu kemm irritorna lura Malta wara li ha sehem fil-Kompetizzjoni tal-Pajjizi z-Zghar, kif ukoll turnament miftuh li gew organizzati f’Cipru. F’dawn il-kompetizzjonijiet hadu sehem il-Grecja, Cipru, l-Izlanda, il-Lussemburgu, San Marino, Wales, l-Iskozja, l-Ingilterra u Malta. L-‘Open Tournament’ intrebah mill-Grecja, b’Cipru jikklassifikaw fit-tieni post u l-Izlanda fit-tielet post. Il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar gie mirbuh minn Cipru, bl-Izlanda fit-tieni post u l-Lussemburgu fit-tielet post.
B’ kollox hadu sehem 12-il atleta femminili u 39 atleta maskili, 12 minnom kienu Griegi, u dan jispjega l-livell gholi hafna li kien hemm f’din il-kompetizzjoni. L-ammont numeruz ta’ pajjizi li hadu sehem, ghenet mhux ftit biex titkattar il-hbiberija u l-kuntatti bejn id-diversi pajjizi. Dawn il-kuntatti godda servew ta’ promozzjoni ghall-‘Mediterranean Cup’ li l-Ghaqda Maltija tal-Weightlifting ser torganizza f’Ottubru li gej. Din kienet ukoll l-ewwel darba li Malta kkompetiet b’zewg timijiet f’kompetizzjoni ‘l boghod minn xtutna, u b’hekk inghata cans lill-atleti zghar u li jippromettu ghall-futur. Il-partecipazzjoni numeruza ta’ Malta saret permezz tal-hbiberija li tezisti bejn l-Ghaqda Maltija tal-Weightlifting u dik ta’ Cipru.
L-ewwel tim Malti kien jikkonsisti minn erba’ atleti li kienu Emanuel Schembri, Noel Colerio, Clint Grech u Steve Borg. Emanuel Schembri kien ghaddej minn diversi preparamenti, li komplew jintensifikaw ruhhom mill-ahhar kompetizzjoni internazzjonali. Fost il-preparamenti tieghu, Schembri kien ha sehem f’tahrig gewwa c-Centru ta’ Preparazzjoni Olimpika f’Ruma, li sehh bl-ghajnuna prezzjuza tal-Kumitat Olimpiku Malti. B’dan il-mod Emanuel irnexxielu jgib b’ mod kunfidenti r-rizultat ta’ 270 kg total. Emanuel beda l-kompetizzjoni tieghu b’refgha ta’ 114 kg snatch u wara kompla billi ghamel rekord nazzjonali ta’ 156 kg fil-clean and jerk biex b’hekk hu refa’ l-ikbar piz li Malti qatt irnexxielu jerfa’ ‘l fuq minn rasu. It-total ta’ 270 kg kien ukoll rekord nazzjonali fil-kategorija ta’ 105+kg.
Clint Grech kellu kompetizzjoni eccellenti, fejn kiser rekord personali fil-clean and jerk meta rnexxielu jaghmel b’success il-117 kg, li wassluh ghal total ta’ 200 kg. Stephen Borg wera li kien qieghed f’forma tajba meta ghamel 86 kg snatch u 111 kg fil-clean and jerk. Noel Coleiro ghamel 97 kg snatch u 135 kg clean and jerk u ghalhekk ghamel 276 punt, biex b’hekk ghen hafna lit-tim Malti fil-punti finali.
Fl-‘Open Tournament’ hadu sehem 3 atleti zghar promettenti hafna ghall-futur, li kienu Cleavan Cutajar, Rodmar Pulis u Christian Saliba, bhala tim Malta B. Ghal Cleavan Cutajar din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali, imma minkejja l-pressjoni tal-kompetizzjoni, hu rnexxielu jerfa’ b’ mod kunfidenti u b’teknika tajba is-sitt refghat kollha. Rodmar Pulis kien l-izghar atleta Malti, fl-età ta’ 15-il sena. Din kienet ghalih it-tielet kompetizzjoni internazzjonali u hawn hu rnexxxielu jkompli jtejjeb ir-ranking tieghu b’214-il punt. Christian Saliba li ghandu esperjenza internazzjonali vasta ghen lil Malta B fil-punti finali. Fil-fatt, Malta B akkumulat 594 punt, li hu rizultat verament tajjeb ghal tim riserva.
Jakkumpanja wkoll lit-tim kien hemm Mark Pirotta li ha hsieb il-preparamenti tal-atleti waqt il-kompetizzjoni. Flimkien mieghu kien hemm ukoll David Saliba li rreffja ghadd ta’ kompetizjonijiet f’Cipru.
Proset kbira tmur ghal Jesmond Caruana, President tal-Ghaqda Maltija tal-Weightlifting, fejn b’success, ghadda mill-ezamijiet biex lahaq referee tal-ewwel kategorija. Dan ir-rizultat se jghin hafna biex il-partecipazzjoni internazzjoniali Maltija tkompli tkun prezenti.
Fl-ahhar u mhux l-inqas, ta’min wiehed ihabbar li Malta rebhet id-dritt li torganizza l-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-2013.
Il-gimgha d-diehla bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju, l-Ghaqda Maltija tal-Weightlifting ser torganizza kors fuq ir-regolamenti tal-kompetizzjonijiet, fejn huwa wkoll miftuh ghall-pubbliku. Ghal kull min huwa interessat, ninfurmawkom li wara jkun hemm ezami biex b’hekk l-istaff amministrattiv tal-weightlifting ikompli jissahah anke fejn jidhlu referees femminili.
Bi preparazzjoni ghall-kompetizzjoni tal-‘Mediterranean Cup’ li ser issir f’Malta f’Ottubru li gej, ser isiru zewg kompetizzjonijiet ta’ kwalifikazzjoni fejn l-atleti ser jikkompetu bejniethom ghal tmien postijet, erbgha minnhom f’Malta A u l-erbgha l-ohra f’Malta B.

| < Prev | Next > |
|---|






