Friday
Sep 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

JPO jharrax il-konfront ma’ Gonzi

E-mail Print PDF

jpo-gonzi-bigJeffrey Pullicino Orlando din il-gimgha ghamel ta rasu u mar kontra ‘l-kompromess’ li kien intlehaq fi hdan il-Grupp Parlamentari tal-PN bil-formula li suppost kellha ssalva wicc kulhadd meta Lawrence Gonzi  hareg mid-Dar Centrali jghid li l-inizjattiva personali ta’ “Jeffrey” dwar id-divorzju, kienet mahsuba biex tqajjem diskussjoni  fil-pajjiΩ u mhux biex l-abbozz ta’ ligi dwar id-divorzju jigi dibattut formalment fil-Parlament.
Meta kienet giet irrappurtata l-laqgha tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista dwar l-abbozz ta’ Pullicino Orlando, il-bulettin tal-Ahbarijiet tal-PBS kien wassal bhala ahbar ta’ fatt li filwaqt li Pullicino Orlando ma kienx mistenni li jirtira l-abbozz tieghu, mill-banda l-ohra ma kienx mistAenni li dan l-abbozz jitressaq ghall-konsiderazzjoni tal-Parlament f’din il-legiΩlatura.

Jidher li Pullicino Orlando bil-kritika qawwija li saritlu gewwa l-Partit Nazzjonalista u barra minnu, kien iffastidjat sal-punt li rega’ bdilu dwar ‘il-kompromess’ li kien intlehaq ma’ Gonzi. Tant hu hekk aktar kmieni din il-gimgha gie rrappurtat li qal fit-Times li kien qieghed jaghti sa Jannar li gej biex id-deputati parlamentari jkunu jistghu jixtarru l-proposta ta’ ligi tieghu u minn hemmhekk kien se jtellghha ghall-konsiderazzjoni formali tal-Parlament.

Madankollu biex ikun jista’ jtellghha ghall-konsiderazzjoni tal-Parlament, Pullicino Orlando jista’ jkollu jiffaccja problemi procedurali.  Gonzi nnifsu ghamel referenza ghal dawn il-‘problemi procedurali’ waqt li kien qed jaghti l-kummenti lill-istampa fuq l-ghatba tad-Dar Centrali wara l-laqgha tal-Grupp Parlamentari tal-PN.

Fost dawn l-ostakli procedurali hemm il-htiega li meta l-abbozz ta’ ligi ta’ Pullicino Orlando jinqara ghall-ewwel darba fil-Parlament qabel jigi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, dan irid ikollu lil minn jissekondah. Fic-cirkostanzi attwali fejn hadd mill-partiti ma jrid jidher li qed jissubixxi ghal dak li qieghed jipprova jisforza fuqhom Pullicino Orlando, il-proposta tal-ligi tieghu taf tehel propju minhabba li ma jsibx lil minn jissekondah.

Ma jidher li hemm hadd fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li lest li jissogra jinghaqad ma’ din l-inizjattiva ta’ Pullicino Orlando fejn ikun qieghed jidher li qed jisfida lil Gonzi.

Hemm min isostni li jekk imbaghad JPO jibda jhossu li dahal fi sqaq u ma jasal imkien b’din l-inizjattiva personali tieghu dwar id-divorzju, ma jrid xejn li dan jiddecidi li jiskala u jintensifika l-isfida tieghu fil-konfront ta’ Gonzi. It-track record ta’ Pullicino Orlando u t-tip ta’ karattru tieghu, juri kemm dan jaf ikun stinat u ta’ rasu f’mumenti bhal dawn meta ma tghaddix tieghu.

Fost in-Nazzjonalisti hemm min jinsab urtat u rrabjat mhux ftit ghal fatt li minkejja li Pullicino Orlando nghata salarju iehor minn Gonzi bhala Chairman tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknologija, “dan qieghed juri kemm hu ngrat u ghadu qed jitkessah bhal qabel.”
Hemm min fost in-Nazzjonalisti li qieghed iwaqqa’ ghac-cajt u jΩebblah lil Pullicino Orlando ghad-dilettantiΩmu tieghu ghax l-abbozz li ppreΩenta huwa kkupjat kelma b’kelma mil-ligi IrlandiΩa, eΩercizzju ta’ cut & paste u li jinkorpora fih kuncetti legali bhal ‘conveyance, mortgage’ ecc li huma aljeni ghas-sistema legali ta’ pajjiΩna.

L-abbozz ta’  Pullicino Orlando fost affarijiet ohra jghid ukoll li l-Kostituzzjoni tikkonferixxi gurisdizzjoni fuq il-Qorti biex taghti digriet ta’ divorzju fir-rigward taΩ-Ωwieg ikkoncernat, meta fil-fatt il-Kostituzzjoni ta’ Malta ma taghmel xejn minn dan.

Min-naha tieghu JPO permezz tal-abbozz ta’ ligi li ppreΩenta, ried jisraq ix-xena billi jipprogetta ruhu ta’ xi hadd li ma jibΩax jaffronta dak li haddiehor jibΩa’ jaffronta jew joqghod jittituba dwaru. Propju ghalhekk li Pullicino Orlando ma tantx ha gost bl-attitudni ta’ Gonzi li ttratta l-abbozz tieghu bhala semplici ‘stimolu ghad-diskussjoni’. Pullicino Orlando hassu urtat ukoll li programm bhal Bondiplus li normalment itella’ ghad-diskussjoni dawk it-temi li jdoqqu ghal widnejn il-Gvern, mhux biss qaghad ‘il boghod minn dak li qieghed jipprova jaghmel JPO u tella’ minflok suggetti leggeri bhall-opra u l-UFOs, imma l-preΩentatur innifsu ta’ dan il-programm, f’artiklu fis-Sunday Times hadha kontra  l-inizjattiva ta’ Pullicino Orlando fejn sostna li dan m’ghandux mandat biex jaghmel dak li qieghed jipprova jaghmel.
Minhabba dakollu ‘il-kompromess’ li kien intlehaq bejn JPO u l-bqija tal-Partit Nazzjonalista li joqghodu jiddiskutu d-divorzju minghajr ma jsir xejn konkret dwaru, tawwal biss mill-Milied sa San Stiefnu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy / Wind Sunny Sunny Mostly Sunny
22C 29C 29C 28C 28C
Fri Sat Sun Mon Tue

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura