Ilbierah filghodu madwar 300 persuna hadu sehem fi protesta bl-isem Gay Pride Parade, organiΩΩata mill-Malta Gay Rights Movement bhala parti mill-attivitajiet ta’ Pride Week din is-sena.
Minbarra s-sfafar u l-bΩieΩaq ikkuluriti, ma setghux jonqsu il-banners li jigbdu l-attenzjoni ghal bosta drittijiet li l-omosesswali f’Malta huma mcahhda minnhom.
Partecipant partikolari kellu tabella bil-kliem: “I really shouldn’t need to be here” (M’ghandix ghalfejn ikolli noqghod nigi hawn). U filfatt, bhal ma jindika l-banner principali (ritratt), dawn id-drittijiet m’humiex xi drittijiet straordinarji li qed jitolbu l-omosesswali, iΩda huma drittijiet umani baΩici.
F’Malta, li suppost huwa pajjiΩ civiliΩΩat, il-poplu m’ghandux ikollu l-htiega li joqghod jattendi ghall-protesti biex jinghata d-drittijiet baΩici misthoqqa lilu. Dawk li attendew il-march tal-bierah sahqu li ghandha tinqata’ d-diskriminazzjoni kontra taghhom u li r-relazzjonijiet fil-hajja privata taghhom ghandhom jinghataw l-istess rikonoxximent mill-Istat bhall-familji l-ohrajn kollha
Minn naha tieghu l-Partit Laburista ilu li rrikonoxxa d-drittijiet tal-omosesswali f’Malta sa mill-bidu tas-snin sebghin u l-Mexxej Laburista Joesph Muscat is-sena l-ohra waqqaf il-grupp LGBT Labour biex jaghti lehen lill-komunitajiet omosesswali f’Malta u Ghawdex. Dr. Muscat jibqa’ jitkellem kontra l-homophobia waqt li jipprommwovi d-drittijiet tal-omosesswali f’pajjiΩna.

| < Prev | Next > |
|---|






