Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-ahhar zviluppi fil-White Rocks

E-mail Print PDF
Share

whiterocks11Il-Gvern qieghed jirrifjuta li jghid kemm giet stmata, jekk giet stmata, l-medda ta’ art tal-White Rocks f’Bahar ic-Caghaq li se tinghata lil consortium barrani minghajr ma nhareg tender, biex hemmhekk jigi zviluppat kumpless sportiv, lukanda u 300 appartament residenzjali.
Fid-dawl tal-fatt li l-Prim Ministru Gonzi ghal kemm -il darba stqarr pubblikament li l-Gvern tieghu mhux se johrog imqar centezmu wiehed ghal dan il-progett, interessanti li wiehed ikun jaf kemm giet stmata mill-Gvern li tiswa l-art inkwistjoni, ghalkemm mhuwiex car jekk fil-fatt din l-istima saritx jew le u jekk saret, min kienu l-periti li ghamluha.

Bla twegiba

Fil-granet li ghaddew naqas milli jwiegeb interprellanzi parlamentari dwar dan is-suggett. Barra minhekk, meta s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli gie mistoqsi direttament minn din il-gazzetta dwar kemm giet stmata li tiswa din il-medda art li tifrex fuq 221,000 metru kwadru, dan harab ghal kollox minn din id-domanda.  Minn kalkoli li saru minn opinjonisti bhall-eks ministri Lino Spiteri u anki Michael Falzon, jidher li dik il-parti tal-art tal-White Rocks fejn sejrin jigu zviluppati t-300 appartament u l-lukanda, ghandha valur ta’ madwar €500.

Intant bdew il-manuvri fi hdan il-MEPA sabiex dan il-progett jigi approvat minghajr ebda problemi. F’dan il-kaz bhal fil-kaz ta’ hafna progetti ohrajn li jkunu qeghdin jigu mbuttati mill-Gvern innifsu, il-process ghall-hrug tal-permessi mill-MEPA ma jistax ikun hlief fomalità.  Aktar u aktar meta tikkunsidra illi l-projezzjoni pubblika li ta l-Gvern lil dan il-progett kienet wahda kwazi Bibblika, qiesu li permezz ta’ dan il-progett ‘il-poplu t’Alla’ se jasal fl-‘Art Imweghda’.

Il-Bord tal-MEPA maghmul kif inhu fil-parti l-kbira tieghu minn appuntati politici tal-istess Gvern ta’ Dr. Gonzi, ma jistax hlief ibaxxi rasu u jghid ‘signor si’. Wara kollox kien l-istess Chairman tal-MEPA, Austin ‘Ferrari Walker’ li f’intervista dan l-ahhar ghamilha cara illi kien ghalih, il-permessi ghal dat-tip ta’ progetti m’ghandhomx jigu decizi mill-MEPA imma ghandhom jigu decizi mill-Parlament, li f’termini prattici jfisser il-maggoranza Nazzjonalista fil-Parlament.

Ghall-formalità

Biex tfittex takkomoda dan il-progett tal-White Rocks kif imhabbar mill-Gvern, il-MEPA gja bdiet titharrek’ tant li tat bidu il-proceduri biex jigi emendat il-Pjan Lokali li jirreferi ghaz-zona fejn hu ppjanat li jsir dan il-progett. Zona li testendi ferm ‘l hinn minn fejn hemm il-bini prezenti u li tinkludi medda kbira ta’  xaghri li originarjament kienet mahsuba li tibqa’ spazju pubbliku miftuh.   Il-process ghat-tibdil tal-Pjan Lokali jrid isegwi perijodu ta’ sitt gimghat ta’ konsultazzjoni pubblika, imma dawn huma kollha formalitajiet li se jsiru biex ikunu saru. Skont il-Pjan Lokali originali li jolqot l-inhawi tal-White Rocks, din iz-Zona ma setghetx tigi zviluppata ghal skopijiet ta’ real estate residenzjali.
Biex titghatta x-xemx bl-gharbiel, flok mal-MEPA taqbad u tghid li dan il-garigue se jista’  jigi zviluppat fost l-ohrajn fi 300 appartament, fl-emendi proposti ghall-Pjan Lokali, dakollu qieghed jinheba taht terminologija ambigwa u li tizgwida bhal “mixed-use sports/commercial/multi-ownership tourism accommodation destination under one management”. “Multi-ownership” tfisser li l-appartamenti f’dan il-kumpless se jkollhom sidien differenti , imma se jkunu taht management wiehed. Ghadu mhux car jekk dan il-progett huwiex se jigi zviluppat bhala time-share, inkella hux se jkunu blokok ta’ appartament bi proprjetarji differenti imma  b’regoli tal-kondominju ghall-partijiet komuni.

Tibdil fil-Pjan Lokali

Ghalkemm il-Pjan Lokali kif riformulat mill-MEPA jenfasizza hafna l-parti sportiva tal-progett, u jintuza kliem superlattiv bhal “high quality sport facilities addressing local needs for both training and competitive venues, including facilities addressing the needs of local and visiting athletes in providing training sports science, educational and grassroots sporting development”, jibqa’ l-fatt li parti sew mill-izvilupp propost se jkun mehud mill-izvilupp tar-real estate li qed jigi mghotti taht il-kappa ta’ “multi-ownership tourism accommodation destination under one management”.

Johorgu punti interessanti ohrajn meta taqra bejn il-linji tat-twegibiet xotti li nghataw mill-Gvern fil-Parlament ghal numru ta’ punti interrogattivi u dubji li jqanqal dan il-progett. Hekk kif thabbar dan il-progett, Dr. Gonzi kien qal li n-negozjati mal-consortium li gie maghzul minghajr ma nhareg tender, kienu ilhom ghaddejjin ghal numru ta’ xhur, tant li ntlehaq qbil fil-principju u li kien ghad fadal x’jigi negozjat id-dettalji. Izda sussegwentement fi twegiba ghal domanda li saret fil-Parlament, Dr. Gonzi qal li n-negozjati ghadhom bil-kemm bdew. Tant hu hekk minn kif jidher il-Gvern ghadu mhux f’pozizzjoni jaghti l-valur tas-sehem tieghu f’dan il-progett (il-valur tal-art) u marbut ma’ dan, minn kif jidher, ghadu ma giex stabbilit ghal kemm zmien se tinghata l-koncessjoni, li hija konsiderazzjoni li tista’ taffettwa wkoll il-valur tal-art.

Intant fi zvilupp iehor relatat ma’ dan il-progett, il-President tal-GRTU Paul Abela, hareg qatta’ bla habel jilmenta dwar il-fatt li Lawrence Gonzi kien cahhad lil consortium kbir iffurmat minn intraprendituri Maltin mill-possibbiltà li jizviluppaw parti minn dan is-sit f’appartamenti residenzjali; opportunità li issa qed tinghata lil kumpannija White Rocks Holding Co. Ltd, consortium Ingliz fir-real estate u fil-business tal-isport.  Paul Abela sahansitra invoka l-kredenzjali Nazzjonalisti tieghu biex isahhah l-argument tieghu li l-intraprendituri Maltin gew imcahhdin mill-istess opportunità li nghat lil consortium Ingliz ta’ Mott McDonald, tant li wasal biex qal li l-gheruq tieghu fil-Partit Nazzjonalista kienu iktar fondi minn tal-istess Prim Ministru Gonzi.
Censu Farrugia ghal Brussell xorta

Ta’ min jghid li dan l-attakk ahrax ta’ Paul Abela ma kienx l-uniku attakk li sar minn esponenti tal-GRTU kontra l-Gvern Nazzjonalista matul il-gimgha li ghaddiet, tant hu hekk Vince Farrugia, id-Direttur-Generali tal-istess GRTU beda jhedded li se jaghti direttiva lill-membri tieghu li ghandhom hanut il-Belt biex ma jhallsux il-VAT bi protesta ghall-inkonvenjenzi li qeghdin isofru minhabba l-progett tad-dahla tal-Belt.

Ta’ min jghid li esponenti tal-GRTU hadu pozizzjoni harxa fir-rigward tal-Gvern, propju fl-istess gimgha meta l-Gvern kellu jiddecidi minn kellhom ikunu r-rapprezentanti Maltin fuq il-Kumitat Socjali u Ekonomiku tal-Unjoni Ewropea (ECOSOC), fejn spicca ntghazel id-Direttur Generali tal-GRTU u kandidat Nazzjonalista Vince Farrugia. Ghazla Ii ipprovokat l-irtirar bi protesta tal-Assocjazzjoni ta’ Min Ihaddem mill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata