Il-Ministru Austin Gatt li huwa nkarigat mit-trasport f’Malta, inqas minn sena ilu, fis-27 ta’ Awwissu 2009, kien ta assigurazzjoni li l-Malta Transport Authority kienet disposta li thallas hi stess biex isiru xelters xierqa ghal dawn iz-zwiemel - “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”
Issa Transport Malta qed tmur kontra dak li ntqal sena ilu, ghax qed tghid li ghandhom ikunu s-sidien tal-karozzini li ghandhom johorgu l-flus ghall-bini u z-zamma ta’ dawn ix-xelters u m’ghandhomx jippretendu li jkun il-Gvern li jaghmel dan.
Min-naha taghha Myriam Kirmond f’isem l-Animal Rights Group qalet li kemm l-ghaqda taghha u anki s-sidien tal-karozzini, ma jippretendu xejn mill-Gvern, hlief li l-Ministru Austin Gatt ghandu jzomm kelmtu.
Minkejja dak li wieghed sena ilu, Austin Gatt lanqas maz-zwiemel ma zamm kelmtu.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






