Li kieku l-wirt tas-snin ta’ tmexxija minn gvernijiet Nazzjonalisti kellu jkun dak ta’ missier ta’ familja wara mewtu, ibqa’ cert li lil dawk li jhalli warajh jispiccaw bhalu.
Qatt waqaft tahseb ghal ftit minuti, u tinduna kif gvernijiet Nazzjonalisti fl-ahhar 20 sena hattew dak kollu li bena l-poplu Malti b’ghaqal liema bhalu taht gvernijiet Laburisti? Miz-zminijiet tal-money no problem u 10 miljuni ‘l hawn u 10 miljun ‘l hemm ta’ Eddie Fenech Adami, ghat-tmexxija laxka u inkompetenti ta’ GonziPN.
F’dawn is-snin kollha gvernijiet Nazzjonalisti rnexxielhom izarmaw u f’kazijiet minnhom anke jeqirdu darba ghal dejjem azjendi nazzjonali shah. Sa mill-bejgh oxxen tal-Mid Med Bank lill-HSBC, ghall-qerda tas-Sea Malta. Il-bejgh tal-mitjar ta’ Hal Luqa u l-Maltacom lil barranin.
L-gheluq tat-tarznari Maltin u d-djun ta’ miljuni kbar li qed johonqu l-ezistenza tal-Enemalta. Dan l-ahhar anke sar il-bejgh tal-aqwa partijiet fil-port il-kbir lil barranin.
U issa? Issa zewg sajjetti fl-aqwa tas-shana tas-sajf Malti. Wahda fl-ST Microelectronics u l-ohra fl-Air Malta. Zewg kumpanniji gganteski f’pajjizna, wirt l-ghaqal u l-vizjoni ta’ gvernijiet Laburisti tas-snin sebghin.
Fl-ST is-sitwazzjoni mhux kulhadd jafha bl-ezatt, imma x-xquq issa tfaccaw sew. Ghalkemm irid jinghad li qabel l-ahhar elezzjoni generali kien hemm sinjali cari li s-sitwazzjoni fl-ST kienet sejra ghall-aghar kemm-il darba l-gvern ma kienx ser jaghti l-ghajnuna kollha tieghu, inkluz dik finanzjarja biex tittiehed azzjoni qabel mas-sitwazzjoni tkompli tehzien, kif fil-fatt jidher sew li gara.
Imma bhas-soltu, u qabel kull elezzjoni GonziPN jitfa’ kollox taht it-tapit u jipprogetta sitwazzjoni bil-kontra u qarrieqa.
Din is-sitwazzjoni rrepetiet ruhha daqs tliet gimghat ilu meta GonziPN ghogbu jzur l-ST u jaghti l-impressjoni li kollox kien fuq ir-rubini, tant li habbar li l-ST kienet ser tkompli tinvesti f’pajjizna. Biex imbaghad gimgha wara l-haddiema tal-ST kienu pprezentati bl-aghar mizuri ta’ awsterità f’dawn l-ahhar snin ghal kumpannija Maltija.
Fosthom, l-iffrizar tal-pagi ghal sentejn, sick leave ma jithallasx u l-introduzzjoni tal-paga minima nazzjonali f’kaz ta’ impjiegi godda gewwa l-ST.
Issa, skont ma ntqal fil-pubbliku minn GonziPN, b’dawn il-mizuri ta’ awsterità, l-ST kienet se tiffranka madwar 600,000 ewro. Nistaqsi, jekk l-ST ghal 600,000 ewro qed tipprezenta mizuri t’awsterità bhal dawn, allura x’tip t’awsterità se tkun qed tiehu l-ST li kieku l-ST kellha tiddeciedi li tipprogetta li tiffranka bejn 2 miljun ghal 3 miljun ewro?
Ghax nghid jien kumpannija enormi bhall-ST, 600,000 ewro mhux tant se jaghmlu xi differenza jekk skont mhu jinghad dawn huma mehtiega biex l-ST tibqa’ Malta u ma taghlaqx. Mill-gdid, inkompetenza grassa ta’ GonziPN li naqas li jiehu azzjoni ferm qabel biex l-ST ma tasalx fis-sitwazzjoni li tinsab fiha bhalissa.
Imbaghad is-sajjetta l-ohra fl-Air Malta. Thabbar, li l-kumpannija ghandha djun kbar hafna minnhom tort ta’ decizjonijiet skandaluzi tal-Kavallier J. N. Tabone, fi zmien meta dal-pampalun Nazzjonalista ghamel snin fil-kariga ta’ cermen.
Anke hawn qed jinghad li se jkunu ghal darb’ohra l-haddiema tal-Air Malta li jaghmlu tajjeb biex l-Air Malta ssalva. Lanqas mhu accettabbli li jittiehdu azzjonijiet li jimminaw l-ezistenza tal-Air Malta bl-iskuza li din tinbiegh.
Jekk is-sitwazzjoni fl-Air Malta tasal s’hawn, iridu jkunu l-unjins, fuq quddiem nett, il-GWU, kif ukoll il-Partit Laburista, biex jiddefendu b’kull mezz din it-theddida fuq ras l-Air Malta, il-haddiema, u l-familji taghhom.
Kien ghalhekk li bhal-lum gimgha hadt gost nisma’ lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat jiddikjara car u tond li Gvern futur Laburista mhu se jkun marbut mal-ebda ftehim li jista’ jaghmel GonziPN li permezz tieghu jikkommetti xi Gvern futur b’sitwazzjoni li twassal ghall-bejgh tal-Air Malta.
Il-Hadd it-tajjeb
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






