Fil-bidu tas-snin disghin, il-Bord tal-Air Malta mahtur minn Prim Ministru Nazzonalista ha decizjoni dizastruza meta dahal ghal xiri ta’ numru ta’ ajruplani Avro RJ70 kontra l-pariri tan-nies teknici u professjonali li kienu jahdmu fl-Air Malta. Dawn l-ajruplani mhux talli nxtraw bi prezzijiet gholjin hafna, izda lanqas ma kienu adattati ghat-tip ta’ vjaggi li kienet taghmel l-Air Malta.
Ftit wara, u biex b’ xi mod jehilsu minn dawn l-ajruplani, il-Bord tal-Air Malta holom li jwaqqaf linja tal-ajru regjonali biex tipprovdi vjaggi ghan-negozjanti minn Bergamo fl-Italja. Twaqqfet l-Azzurra Air, izda mill-ewwel deher li kien ser ikollha futur imcajpar. L-Air Malta kritilha l-Avro RJ70 ghaliex ma tantx kienu qed jaqdu l-bzonnijiet originali tal-linja nazzjonali taghna.
L-Azzurra Air spiccat taghmel telf kbir u bdiet tintuza aktar bhala chartered air line ghax in-negozjanti Taljani ddecidew li ma jaghmlux uzu minn din il-linja. Fl-ahhar il-Gvern Malti kellu jaghmel tajjeb ghad-djun tal-Azzurra meta l-Air Malta ma felhetx tibghat aktar miljuni ta’ ewro biex izzomm lis-sussidjarja taghha fl-Italja ghaddejja.
Meta ftit snin ilu nghata bidu ghar-ristrutturar, l-Air Malta cediet numru ta’ lukandi li kienet topera kif ukoll il-hwienet tad-duty free li kienet ilha topera fl-ajruport. Giet introdotta wkoll skema ta’ rtirar kmieni u tnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema. Izda xorta l-kumpannija baqghet toghtor, specjalment meta ddahhlu l-linji tal-ajru low cost.
Issa thabbar li l-Air Malta s-sena l-ohra tilfet €31 miljun u jekk il-gvern ma jzidx il-kapital biex jaghmel tajjeb ghal dan it-telf, il-kumpannija tista’ tfalli. Naturalment il-Kummissjoni Ewropea ma tippermettix li jinghataw sussidji jekk ma jittiehdux mizuri ohra mill-kumpannija biex issir finanzjarjament vijabbli.
Il-Partit Laburista ma jsib l-ebda oggezzjoni li r-ristrutturar tal-Air Malta jkompli. Izda ninsistu li l-Air Malta ghandha tibqa’ tal-publiku. Nittamaw li hadd mhu qed jitwebbel biex l-Air Malta tinbiegh biex ikunu agevolati xi bazuzli.
Rajna bizzejjed abbuzi fil-privatizzazzjoni ta’ entitajiet pubblici u mhux ser inhallu lill-Air Malta tiffaccja l-istess destin.
L-Air Malta hija l-perm tal-industrija tat-turizmu f’ Malta. M’ghandna xejn kontra l-low cost airlines, izda dawn huma kumpanniji privati li meta ma jilhqux il-miri finanzjarji taghhom, jaghlqu r-rotot, anki jekk dawn ikunu importanti ghat-turizmu taghna.
Il-vokazzjoni tal-Air Malta dejjem kienet, u dejjem ghandha tibqa’, li ssostni t-turizmu f’Malta.
Din il-missjoni dejjem qdietha bl-unuri kollha u d-diffikultajiet li qed tiffaccja bhalissa huma dovuti ghat-tmexxija hazina tal-Gvern Nazzonalista f’dawn l-ahhar ghoxrin sena.
Hemm bzonn naraw u nimitaw l-imgieba ta’ gvernijiet ohra biex jiddeffendu l-interessi nazzjonali taghhom. Xi sena ilu kellna l-kaz tal-Alitalia li kienet fix-xifer ta’ falliment.
Il-Gvern ta’ Berlusconi ddikjara li l-Alitalia kellha tibqa’ f’ idjen il-poplu Taljan. Ghalkemm il-burokratici ta’ Brussell hadu fastidju b’ din id-dikjarazzjoni, fl-ahhar kellhom icedu u llum l-Alitalia ghadha f’idejn il-poplu Taljan.
In-negozjaturi tal-Gvern Malti li qeghdin jitkellmu mal-Kummissjoni Ewropea jridu jzommu quddiem ghajnejhom l-interessi tal-poplu Malti kollu. Ara ma jkunx hemm xi opportunizmu politku biex l-Air Malta tinghata fuq platt tal-fidda lil xi investitur privat. Ara ma nittradux lill-haddiem tal-Air Malta u l-operaturi fl-industrija tat-turizmu Maltija.
Jekk il-Gvern jiddefendi l-interessi ta’ Malta u tal-linja nazzjonali taghna meta jkun qed jinnegozja fi Brussell, isibna spalla ma’ spalla mieghu. Izda jekk jittradixxi l-interessi tal-poplu Malti, ser isibna nopponuh bil-qawwa kollha ghax l-Air Malta hija, u ghandha tibqa’, investiment strategiku tal-Maltin kollha.

| < Prev | Next > |
|---|






