Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gustizzja u Solidarjetà Socjali

E-mail Print PDF
Share

lydia_abelaIl-pedamenti u t-twemmin tal-Partit Laburista huma msejsa fuq il-valuri fundamentali tal-gustizzja u s-solidarjetà socjali. Jekk hemm xi haga li tiddistingwi lill-partit taghna minn ohrajn hija l-ghozza li biha nhaddmu u nippratikaw dawn il-valuri.
B’solidarjetà socjali nifhmu illi hadd fis-socjetà ma jibqa’ lura. Mhux biss imma li l-gid li jinholoq fis-socjetà ghandu jitqassam b’mod gust bejn kulhadd. Dawk li l-aktar ghandhom bzonn ghandhom jinghataw l-ikbar ghajnuna. Ix-xoghol ghalhekk dejjem kien fic-centru tal-hidma politika tal-partit taghna.

Bix-xoghol nistghu niggarantixxu l-holqien tal-gid u allura nac­cer­taw ruhna mis-solidarjetà socjali. Il-partit taghna jibqa’ essenzjalment partit tal-haddiema. Izda fl-istess waqt jaghraf il-kontribut li jaghtu fil-holqien tal-gid fil-pajjiz dawk kollha li mhumiex impjegati bhalma huma l-kummercjanti, in-negozjanti u l-intraprendituri, kif ukoll il-pensjonanti u dawk li qed ifittxu x-xoghol.

Il-partit taghna jrid ikun miftuh ghal kull min jista’ jaghti kontribut lill-pajjiz. B’hekk inkunu qeghdin nuru li ahna mhux biss nippriedkaw is-solidarjetà imma nipprattikawha. Min jiflah hafna ghandu jgorr iktar minn min jiflah ftit. Izda mill-banda l-ohra min jiflah ftit ghandu jinghata l-ghajnuna kollha mehtiega b’gustizzja u mhux b'karità.

Fid-dinja li qed nghixu llum ghad ghandna min hu mejjet fis-sakra u min hu mejjet ghal qatra. Ghad ghandna spazju wiesa’ bejn min jghix komdu hafna u min jghix fi skumdità.

Ghadna nisimghu b’faqar materjali fuq naha u lussu u kumditajiet fuq naha ohra. F’Malta wkoll qed ingarrbu din l-esperjenza qarsa. Ghalhekk irid ikun Partit Laburista li jara li l-htiega tal-gustizzja u s-solidarjetà tibqa’ tinzamm hajja. Fl-istorja tieghu l-partit taghna baqa’ jissemma ghall-mod kif dejjem impenja ruhu fil-qasam socjali.

Hafna mill-beneficcji li ghadna ngawdu llum jafu l-bidu taghhom lill-Partit taghna. Illum pajjizna ghandu htigijiet differenti u ghal­hekk il-Partit Laburista ghandu jibqa’ fuq quddiem nett biex ikompli jsahhah il-qasam socjali  u jpoggih f’livell li hu accettabbli u kompatibbli maz-zminijiet tal-lum. Il-politika ekonomika tal-Partit Laburista qatt ma tista’ tinjora l-aspett socjali.

Ghalhekk filwaqt li  nirrikonoxxu lil kull min jaghti sehmu biex jitkattar il-gid nazzjonali, fl-istess waqt nemmnu li fuq quddiem tal-agenda socjali, il-Partit Laburista jrid ikun il-wens taz-zghir, l-ghajnuna lil batut, ix-xoghol ghal min hu qieghed u l-livell tal-ghejxien dicenti… fejn hadd ma jhossu mwarrab jew emarginat.

Din hija l-gustizzja u s-solidarjetà socjali li rridu nhaddnu fiz-zmien li gej. Hija missjoni li rridu nwettqu lkoll flimkien. Huwa impenn li rridu nidhlu ghalih b’ghaqal u serjetà kbira.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata