Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kwistjoni tar-rizultati tas-SEC Iva biex iqarqu bin-nies

E-mail Print PDF
Share

Minn fuq il-white board ma Toni Friggieri

Fejn tidhol l-edukazzjoni, il-gimgha li ghaddiet, kienet iddominata minn batibekk bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-kelliemi ewlieni tal-Partit Laburista dwar l-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, dwar ir-rizultati tas-SEC. Dan gara wara li l-Ministeru tal-Edukazzjoni hareg stqarrija dwar ir-rizultati tas-SEC, stqarrija  li l-iskop taghha ma kienx li tinforma l-poplu dwar dawn ir-rizultati, izda biex tipprova tpingi sitwazzjoni li biha suppost jingabar gieh il-Ministru tal-Edukazzjoni wara dak kollu li ghaddiet minnu dan l-ahhar.
Meta Evarist Bartolo wiegeb ghal din l-istqarrija u wera l-vera fatti, il-Ministeru tal-Edukazzjoni hareg jghajjat li dan kien qed jakkuza lill-Gvern li c-cifri li nhargu kienu mahsuba biss biex iqarrqu bin-nies.

Sostnew li  dan ma kienx minnu ghax il-Ministeru kien qal car u tond li c-cifri li kien hareg kienu jirreferu ghall-istudenti li ghamlu dawn l-ezamijiet u mhux ghall-istudenti kollha li spiccaw lehqu l-livell sekondarju.

Veru li l-Ministeru qal dan, izda  kemm saret enfasi fuq dan il-fatt mill-media, specjalment dik Nazzjonalista u dik li taghti palata lil dan il-Partit: ‘90% jiksbu rizultati tajbin fl-ezamijiet tas-SEC’, ‘Matsec exams: High rate of success’.

Bla dubju ta’ xejn  l-iskop ewlieni tal-istqarrija kienet li taghti l-impressjoni lill-poplu li din is-sena saret qabza kbira ‘l quddiem fir-rizultati u li ma kienx ghall-istqarrija tal-kelliemi Laburista, il-media u hafna mill-poplu, kien jemmen li r-rizultati ta’ din is-sena kienu eccezzjonali.

Min ma riedx iqarraq bin-nies? Min uza l-kliem ‘rizultati tajbin li huma mehtiega biex ikunu jistghu jkomplu l-istudji post-sekondarji taghhom’? Forsi dan ma riedx jaghti lill-poplu l-impressjoni li kwazi 90% gabu ‘pass’, izda mbaghad gew inkluzi dawk li gabu l-grad 7 jew 8, b’liema gradi l-istudenti mhux veru jistghu jghaddu ghas-settur post-sekondarju  (Junior College u Sixth Forms), izda kif tghid l-istess stqarrija tal-Ministeru: ‘jistghu jidhlu ghal certi korsijiet fil-livell post-sekondarju fejn ikomplu jissahhu fl-istess suggetti.’

Qed nikteb dan mhux ghax ma nixtieqx li jinkisbu successi fl-ezamijiet. Anzi j’Alla jkun hekk. Izda biex niksbu rizultati tajbin ma nistghux noqghodu nilghabu bic-cifri u ma naghtux stampa cara tas-sitwazzjoni li fiha qeghdin l-istudenti li ghandhom sittax-il sena. Jekk mhux se jkollna stampa vera, izda jkollna stampa li turi s-successi biss, nistghu nispiccaw biex inkunu kuntenti b’din l-istampa, u minflok ma nsibu n-nuqqasijiet u nippruvaw nirrimedjaw ghalihom, nimlew  zaqqna bis-successi, kif imlejna zaqqna  li kollox kien miexi sew fil-kwistjoni tal-programmi tal-UE, u mbaghad f’daqqa wahda nigu ffaccjati bi krizi, u sintendi nippruvaw nslavaw wiccna billi nghidu li ma konniex nafu x’qed jigri sewwa.

Ghalhekk minflok il-hafna cifri li juri biss parti mill-istampa, kien ikun ferm ahjar kieku l-Ministeru hareg stqarrija b’cifri li jqabblu  r-rizultati ta’ din is-sena ma’ ta’ snin ohra, basta sintendi ma jkunx hemm loghob u tghawwig ta’ fatti. Stqarrija fejn jigu nkluzi dawk li ghal xi raguni m’ghamlux l-ezamijiet. Imbaghad nkunu nistghu naraw min fil-fatt ‘ma jafx jaqra l-istatistika jew inkella qed jilghab bin-numri u jhallat haga ma’ ohra’.

Nistaqsi - min qed jaghti stampa vera tas-sitwazzjoni edukattiva tal-pajjiz:

Min jahdem il-persentaggi tieghu fuq in-numru ta’ dawk li jaghmlu l-ezamijiet , f’dan il-kaz tas-SEC, jew min jahdimhom fuq in-numru tal-istudenti kollha li spiccaw il-kors sekondarju u allura suppost lahqu l-livell tas-SEC?

Min issa, ghax intebah li ma rnexxielux iqarraq bil-poplu,  qed jipprova jilghaq dak li qal u f’xi editorjal  johrog jghidilna : ‘Biex l-affarijiet ikunu cari, hadd ma hu qed jghid li disgha minn kull ghaxar studenti fil-livell sekondarju ghaddew mill-ezamijiet tas-SEC.’?

Ma kienx ikun ahjar kieku l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-media Nazzjonalista ccarat din l-affari mill-bidu, flok li bl-agir taghhom holqu polemika shiha li ftit li xejn tista’ tkun ta’ gid ghall-edukazzjoni?

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata