Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Inti ghaliex tpejjep?

E-mail Print PDF
Share

Skond statistika mahruga mill-Un­joni Ewropea, jidher li kwart tal-popolazzjoni maltija tpejjep b’mod regolari – ma tistax ma tink­wetax meta tara figuri alarmanti bhal dawn.  Jidher bic-car li t-tipjip ghadu ferm popolari u wiehed minn kull tliet cittadini Ewropej, ghadhom ipejpu. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tniedi konsultazzjoni sabiex tigi riveduta d-Di­ret­tiva dwar il-Prodotti tat-Ta­bakk tal-2001. 
“Hu stmat li ta' kull sena jmutu madwar sitt miljun persuna madwar id-dinja kawza tas-sigaretti. Fl-Ewropa biss imutu 1.2 miljun persuna f'sena.”

Ftit tas-snin ilu kont tkellimt mal-kirurgu Alex Manche u niftakar ezattament kelma b’kelma dak li kien qalli – “it-tipjip huwa hazin hafna ghall-qalb, whud miz-zghazagh li jkunu jpejjpu aktar tard f’hajjithom jkunu jehtiegu l-kura kardijaka tant ikunu ghamlu hsara lilhom nfushom minhabba l-vizzju tat-tipjip”. Sfortunatament n-numru ta’ tfal li jaqbdu l-vizzju tat-tipjip qieghed dejjem jizdied, il-mag­goranza ta’ dawk li jibdew jpejpu f’pajjizna jidher li huwa ta’ bejn t-tlettax u hmistax –il sena, izda tajjeb wiehed ma jiggenerlizax ghax ikun hemm kazijiet ta’ persuni li qabdu t-titjip aktar tard f’hajjithom. Il-gimgha l-ohra tkellimt ma tfajla ta’ dsatax-il sena li tpej­jep b’mod frekwenti u saqsejta domanda semplici – “ghaliex tpejjep”? Din it-tfajla qaltli li s-sigaretti saru parti minn hajjitha, hu­ma vizzju li ghalkemm taf li qed ihalli impatt negattiv fuq hajjitha xor­ta wahda qedgha taghzel li tpejjep ghax fl-opinjoni taghha in-nikotina tikkmanda biex tpejjep. Hi stqarret mieghi li biex wiehed jaqbad il-vizzju tas-sigaretti mhemmx ghalfejn ikollu l-genituri jpejjpu ghax xorta jaqbadom, jien qbilt perfettament maghha ghax naf b’kazijiet fejn il-genituri jpejjpu hafna pero t-tfal tant jobodu s-sigaretti li lanqas ir-riha taghhom ma jifilhu. Ghaldaqstant nara li hi xi haga redikola li mara tkun miexja bil-pram b’xi sigarett f’idha jew ragel izomm lit-tifel f’hoggru bis-sigarett f’idejh. Dak zgur mhuwiex rispett ghat-tfal li minn eta’ zghira jkunu influwenzati hafna minn dak li jigri madwarhom specjalment mill-genituri, barra minn hekk ikunu qed imarrdu lit-tfal taghhom stess. It-tipjip passiv gie relatat mal-mard tal-qalb u l-kancer tal-pulmun. Huwa mifhum li fl-2002 madwar 19,000 persuna li ma jpejpux mietu fl-UE minhabba it-tipjip passiv li jsehh id-dar jew fuq il-post tax-xoghol.

Sfortunatament ghalkemm qedghin nghixu fis-sena 2010 u t-tghallim zdied dwar l-effett tat-tipjip fuq il-bniedem, saret bhal drawwa ghal mijiet ta’ zghazagh li jpejjpu “socially”.

Din il-kelma jhobbu juzawa hafna z-zghazagh tal-generazzjoni tal-llum il-gurnata u tfisser li tpejjep meta tkun fil-kumpanija tal-hbieb biss jew meta tkun qieghed tiddeverti. Nhoss li hawn jidhol il-peer pressure li l-individwu ghalkemm ma jhobbx it-tipjip hu jrid jidher cool bhal shabu u b’hekk jaqa’ fit-tentazzjoni u jispicca jpejjep. Madanakollu hawn min verament kapaci jpejjep weekends biss meta jkun ma shabu izda l-maggorparti taz-zghazagh jispiccaw jaqghu fil-vizzju tat-tipjip, b’hekk jekk int qieghed taqra l-artiklu tieghi u qieghed taghmel hekk fittex waqaf dan il-vizzju qabel ma jkun tard wisq. Kif jghidu min sigarett jibda kollox umbad dejjem tibda izzid u ovvjament dejjem jizdied l-infiq.

Ghal guvni jew tfajla li ghadhom skola u ma jahdmux is-sigaretti huma piz finanzjarju kbir specjalment jekk inti wiehed minn dawk li tpejjep b’mod regolari.  Min jaghzel li jixtri sigaretti bil-wiehed xorta tigih iz-zalza oghla mill-huta!

Nemmen li l-edukazzjoni hija vitali biex inaqqsu l-vizzju tat-tipjip fis-socjeta kosmopolita u dinamika tal-llum izda mhix bizejjed, anzi ara ma nahsbux li bl-edukazzjoni biss u aktar prekawzjonijiet fuq l-effetti tat-tipjip il-folja ser tinqaleb mill-llum ghal ghada.  Jekk int tixtieq taqta s-sigaretti u mhux qieghed jirnexxilek tajjeb li tiehu pariri minn ghaqdiet volonatarji li jistghu jghinnuk pero’ ftakar li fl-ahhar mill-ahhar int trid tkun u l-will power tieghek nnifsek. F’dawn l-ahhar snin bhala parti mill-kampanja l-gdida kontra t-tipjip, l-UE qed tistieden lin-nies itellghu filmati li juru kif irnexxielhom iwaqqfu l-vizzju tat-tipjip.  Nemmen li hija idea tajba hafna u mir-ricerka li ghamilt jidher li mijiet ta’ nies diga qed jibdew itellghu l-filmati taghhom.  Nappella liz-zghazagh kollha biex kull nhar ta’ tlieta mis-18.00 il-quddiem jinghaqdu mieghi u ma hafna zghazagh ohra ghall-programm Sfera fuq favourite channel – programm ta’ diskussjoni fejn il-vuci taz-zghazagh tinstema zgur!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata