Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Lalov jirbah l-Ewwel Divizjoni

E-mail Print PDF
Share

highres_5132039Fil-gimghat li ghaddew waslet fi tmiemha l-edizzjoni tal-istagun 2009/10 tal-kompetizzjoni sponsorjata minn Camray Co. Ltd
Din il-kompetizzjoni kienet maghmula minn seba’ divizjonijiet, fejn il-loghob kollu kien qieghed isir matul l-istagun, nhar ta’ Erbgha filghaxija fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Waqt dan il-loghob, guvintur u tfajliet ikkompetew kontra xulxin fl-istess divizjoni, fejn kull partecipant kiseb punt ghal kull set li rebah.

Kull loghba kienet maghmula minn zewg sets biss, biex b’hekk inholoq ic-cans li l-loghba tispicca fi draw, bil-qsim tal-punti bejn il-kontendenti.

Dan it-tibdil fuq il-mod tradizzjonali ta’ kif jintlaghab il-Badminton, ghamel il-kompetizzjoni nnifisha aktar ecitanti, specjalment hekk kif kompetituri stabbiliti tilfu punti prezzjuzi kontra avversarji inqas kwotati minnhom.

Fl-Ewwel Divizjoni, ghal stagun iehor, Boris Lalov (Msida Arrows BC) irnexxielu jzomm it-titlu li kien digà kiseb fl-istagun 2008/09, hekk kif temm l-impenji tieghu bla meghlub f’ras il-klassifika.

Huwa rebah erba’ loghbiet u gie draw darbtejn fis-sitt loghbiet li laghab.

Stefan Salomone (B’Kara BC) kiseb it-tieni post, zewg punti wara Lalov, meta rebah erba’ loghbiet u tilef tnejn.

It-titlu tat-Tieni Divizjoni ntrebah minn Stephen Ferrante (Msida Arrows BC) fi tmiem decider kumbattut kontra Samuel Cali (B’Kara BC), wara li t-tnejn temmew l-impenji taghhom bla meghluba, b’punti ndaqs f’ras il-klassifika.

Iz-zewg kompetituri kienu qasmu l-punti fil-konfront dirett ta’ bejniethom waqt il-kampjonat.

Ivan Salomone (B’Kara BC) hareg rebbieh minghajr telfa fit-Tielet Divizjoni. Salomone kien segwit mill-qrib minn Michael Bugeja (Shuttles BC), punt biss warajh.

Badminton Malta stqarret is-sodisfazzjon taghha ghal-livell gholi ta’ loghob muri minn dawk kollha li hadu sehem f’dan il-kampjonat individwali.

L-Ghaqda raddet hajr ukoll lid-ditta Camray Co. Ltd ghall-ghajnuna siewja taghha.

Il-klassifika finali fid-divizjonijiet l-ohra kienet din:

Divizjoni 4:
1. Arif Rochman (B’Kara BC)
2. Marika Micallef (B’Kara BC

Divizjoni 5:
1. Sigmund Saliba (Msida Arrows BC)
2. Dominique Francica (Paola Wolves BC)

Divizjoni 6:
1. Catriona Francica (Paola Wolves BC)
2. Cheryl Dimech (Paola Wolves BC)

Divizjoni 7:
1. Owen Grech (Paola Wolves BC)
2. Lisa Formosa (B’KaraBC)

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata