L-immudellar johloq certa espressjoni u kunfidenza fil-mudelli stess. Sar ikun hawn diversi kategoriji fosthom dik ghall-isbah figura, l-isbah wicc, u l-isbah personalità, fost hafna u hafna kategoriji ohra. Jezistu wkoll konkorsi ghal dawk il-persuni qawwijin, u issa f’Malta minn xi ftit zmien ilu, konkorsi ghal persuni transvestiti. Ghaliex le? Fil-fatt, ghal din l-intervista tal-lum, iltqajt ma’ u intervistajt lil Maya Bouvett – rebbieha tal-konkors Miss Trans Queen Malta 2010, organizzata ghall-ewwel darba minn Gaffiero Productions.
Mort fil-post miftiehem f’hanut gewwa l-Mosta, u xi hames minuti wara nilmah lil Maya riesqa lejja flimkien mal-boyfriend taghha. It-tnejn li huma laqghuni tajjeb daqs li kieku ilna nafu lil xulxin, u mal-ewwel ikklikkjajna f’dak li bdejna niddiskutu flimkien.
Ghall-ewwel xi ftit misthija Maya, izda appena tidra lil xi persuna gdida, din tnehhi ftit ftit il-misthija. Min-naha l-ohra l-boyfriend taghha gentili wisq u jaf xi jghid, u mhux l-ewwel darba li kompla jzid fuq dak li tkun qed twegibni Maya.
Maya ghandha 18-il sena, minn Bormla u ma tahdimx. Fil-hin liberu taghha thobb tizfen. L-intervista mal-ewwel waqghet fuq ix-xoghol.
Qaltli li bl-istil ta’ hajja li tghix hi ta’ transvestita, ssib problemi kbar b’bibien maghluqin ma’ wiccha ghall-opportunitajiet ta’ xoghol. “Iebsa wisq biex insib xoghol, u jekk issib jghadduk biz-zmien, voldieri nsib xoghol u ma nsibx, ser naqlaghha minn zewg bnadi”, ikkummentat Maya ddispjacuta, filwaqt li rreferit ghal nies bhalha li hadu isem hazin intortament fuqhom.
Mitluba tiddeskrivi lilha nnifisha, Maya rreferiet ghaliha stess bhala misthija, izda li toqghod sakemm tidra lill-persuna l-ohra. Apparti minn hekk hija persuna li thobb wisq l-annimali, specjalment il-qtates.
“Inhobbhom wisq l-annimali. L-annimal jaccettak zgur u differenti minn bniedem. Bhalissa d-dar ghandi sitt qtates u kelba”, kompliet telabora Maya.
Titlu prestiggjuz – Miss Trans Queen Malta 2010
Precizament fit-23 t’April 2010, Maya rebhet it-titlu ta’ Miss Trans Queen Malta 2010, waqt serata li giet organizzata minn Gaffiero Productions. Tlabtha tikkumenta dwar din l-esperjenza. “Ghas-serata finali konna ghaxar kompetituri.
Kienet kompetizzjoni iebsa, b’hafna spejjez ta’ lbiesi, xaghri, giri, hin u make-up specjalment, izda fuq kollox kienet esperjenza sabiha hafna. Li rbaht dan it-titlu, ghalija issa jfisser aktar impenji matul din is-sena stess. Apparti li gejt l-ewwel u hadt it-titlu, jiena hadt ukoll best figure waqt l-istess serata”, ziedet tghidli sodisfatta d-doppju Maya.
Mhux hekk biss, izda ghal Maya li rebhet dan it-titlu jfisser aktar. “Ghalija dan se jfisser sena shiha nirrapprezenta lil Malta kull fejn immur, kif ukoll aktar impenji ghalija, u exposure ghal Malta barra minn pajjizna wkoll”.
Ridt inkun naf ftit dwar il-hajja ta’ Maya matul is-snin, u fil-fatt stqarret mieghi li meta kienet izghar kienet thoss li ghalkemm twieldet tifel, kienet tilghab bil-pupi u mhux bil-karozzi bhal maggoranza tas-subien.
“Anke meta kont gieli nizfen, kont nizfen bil-movimenti li juzaw in-nisa. Bla ma tkun qed tinduna, tkun qed taghti x’tifhem li deep down m’intix dak li int minn gewwa. Fil-kaz tieghi, hames snin ilu din il-haga hassejtha wisq fijja, tant li minn tliet snin ilu ‘l hawn hrigt out biha l-haga u llum nilbes ta’ mara kull fejn immur.”
B’wiccha minn quddiem, ziedet tghidli li l-familjari taghha accettawha hi kif inhi bla ebda problemi, tant li jhobbuha. Il-boyfriend taghha wkoll wera sinjal ta’ appogg u kkonferma dan waqt li staqsejtha din id-domanda u b’hekk allura Maya kkonfermat is-sapport morali kollu li ghandha f’dan ir-rigward.
Iddiskutejt ma’ Maya l-fatt li twieldet bis-sess maskili u li fl-istess hin idejjaqha dak l-istil ta’ hajja. “Nippreferi jien kif jiena llum, voldieri nilbes u nagixxi daqs li kieku mara. Ma nimmaginanix nerga’ lura lanqas, voldieri li nghix hajja ta’ ragel”, irrispondietni konvinta minnha nnifisha Maya.
Dwar jekk gieli sabitx xi diffikultajiet minhabba l-apparenza taghha fit-toroq, Maya wegbitni, “Qatt ma sibt lil xi hadd li dahaq bijja f’wicci. Però indirettament nahseb li iva jkun hemm min. Gieli tinzerta lil xi tnejn qed jidhku, u forsi jew nimmaginahom li qed jidhku bija, jew verament ma jkunux qed jirreferu ghalija.”
Xewqat ta’ Maya
Zewg xewqat li ghandha Maya u li ghaliha jfissru hafna huma li persuni bhalha jkunu aktar accettati min-nies, u li tohrog il-ligi taz-zwieg ghall-persuni bhalha. “Inhoss li ghad hawn mentalità antikwata dwarna, u dan l-istess dwar il-gays. Nixtieq nara genituri li jibdew jaccettaw lit-tfal taghna huma kif inhuma. Dwar iz-zwieg ghalina joghgobni, u ma nara xejn hazin. Barra minn Malta dan iz-zwieg jezisti, allura nhoss li f’Malta ghandu jibda jsehh l-istess. Personalment, minhabba dan il-fatt jiena ma nidholx il-knisja. Però nzid nghid li ghalkemm nemmen fiz-zwieg ghall-persuni bhali, ma nemminx li ghandna nrabbu lit-tfal”, sostniet Maya.
Fl-ahharnett ridt inkun naf jekk hemmx xi xewqat futuri li forsi qed tirsisti ghalihom bhalissa. “J’Alla wahda!!! Holm iehor ghandi, bhal perezempju li fizikament inkun ahjar, u li nigi aktar kompluta f’dak li nixtieq inbiddel u nnehhi minn persunti. Nixtieq ukoll nirringrazzja hafna lil Ivan Gaffiero tal-Gaffiero Productions, ghal din l-opportunità li ta lili u lil shabi bhali”, temmet tghidli Maya.

| < Prev | Next > |
|---|






