Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

M’hemmx friza permanenti g˙all-karkassi tal-annimali

E-mail Print PDF
Share

MInn Lindsay Gambin

Il-Wasteserv qatt ma hasbet ghal friza permanenti fejn tahzen il-karkassi tal-annimali, minkejja li kienet konxja mill-fatt li l-inceneratur jkollu jitwaqqaf kultant biex isirulu t-tiswijiet.

Sintendi meta l-inceneratur ikun wieqaf u ma jkollox friza fejn tahzen, ir-riha tal-karkassi tal-annimali ovvjament tkun ta’ nkonvenjent ghar-residenti tal-madwar. L-inceneratur tal-Marsa ilu jahraq il-karkassi tal-annimali tliet snin sa mill-2007.

Huwa biss issa li qed jinghad li qed isiru tahdidiet mal-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar biex jigi zviluppat pjan ghall-konsolidazzjoni tal-cold stores.

Il-Wasteserv qalet dan meta tat ir-reazzjoni taghha din il-gimgha ghat-talba ghal azzjoni li ghamel il-Kunsill Lokali tal-Marsa lill-Gvern f’isem ir-residenti. Ir-residenti b’mod partikolari dawk tal-inhawi t’Albert Town fil-Marsa ghamlu 15-il gurnata fl-eqqel tas-sajf jghixu fi rwejjah insopportabbli hergin mill-inceneratur minhabba li l-biccerija baqghet tibghat l-annimali ghall-hruq meta l-inceneratur kienu qed isirulu t-tiswijiet.

Anke jekk fi kliem is-Sindku dan jikser ir-regolamenti tal-MEPA stess ghaliex il-biccerija ghandha l-obbligu li tiffriza l-karkassi tal-annimali meta l-inceneratur ikun wieqaf ghaliex ikunu qed isiru t-tiswijiet.

Sa jum qabel il-konferenza tal-ahbarijiet imsejjha mill-Kunsill tal-Marsa, ntbaghtu skips miftuha mimlija bl-imsaren tal-annimali. Il-Kunsill kien digà rrapporta dan il-kaz lill-Pulizija li min-naha taghhom marru mas-Sindku biex jaraw is-sitwazzjoni.

Irrizulta li l-freezers  fejn jinzammu l-karkassi tal-annimali kienu f’temperatura ta’ zero gradi celsius minflok bejn 45 -53 gradi taht iz-zero.

Il-Kunsill tal-Marsa qal li huwa inaccettabli li d-Dipartiment tas-Sanità jghidilhom li ma jista’ jiehu l-ebda azzjoni dwar din is-sitwazzjoni.

Sadanittant, il-Partit Laburista permezz tal-Kelliem Ewlieni ghall-Biedja Joseph Sammut wera s-solidarjetà tieghu mal-Marsin u qal li fil-Biccerija tal-Marsa qed jintuzaw prattici zbaljati. Ghalhekk jehtieg li l-Awtoritajiet tas-Sahha jinvestigaw l-ilmenti mressqa mill-Kunsill tal-Marsa biex jizguraw li kollox isir b’konformità mal-istandards tal-Unjoni Ewropea.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata