L-eks impjegati tas-Sea Malta ghadhom iterqu fil-qrati biex jiehdu dak li hu dovut lilhom, bhala arretrati ta’ pagi, beneficcji ecc hames snin wara li l-ministru Austin Gatt iddecida fl-2005 li jaghalaq din il-kumpannija u jibda l-process tal-likwidazzjoni taghha.
Dan kien sehh wara li ma kienx intlehaq ftehim dwar il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta, u l-ministru Gatt, flok ma ntensifika l-isforzi tieghu biex dan il-process ma jfallix, kien iddecida li jaghti deadline illi jekk jinqabez minghajr ma jintlehaq ftehim, tinghalaq din il-kumpannija li kienet timpjega 114 persuna.
F’din is-sitwazzjoni kienu marru l-aghar il-haddiema tas-Sea Malta u kienu marret l-ahjar il-kumpannija Grimali li maghha kienu qeghdin isiru n-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta.
Il-Grimaldi permezz tal-kumpannija Malta Motorways of the Sea akkwistat kwazi-monopolju fit-thaddim tal-linja tal-bahar bejn Malta u l-Italja, minghajr ma harget imqar centezmu wiehed biex hadet dan ix-xoghol li qabel kien isir mis-Sea Malta.
Intant it-telf ta’ impjieg minn mas-Sea Malta ma kienx l-unika esperjenza morra li ghaddihom minnha l-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi lill-eks haddiema tas-Sea Malta.
Fil-jiem li ghaddew gew konkluzi l-proceduri fil-qorti dwar min ghandu jithallas l-ewwel mill-kredituri tas-Sea Malta mill-flus li ngabru mill-bejgh fil-Qorti tal-vapuri MV Zebbug u MV Maltese Falcon. Fiz-zewg konkorsi ta’ kredituri, gie deciz li l-haddiema ghandhom jithallsu qabel il-Bank of Valletta.
Is-sitwazzjoni hija tali li m’hemmx flus bizzejjed depozitati l-qorti li gejjin mill-bejgh tal-vapuri tas-Sea Malta minn fejn jithallsu kemm l-eks impjegati tas-Sea Malta u l-Bank of Valletta.
Ghalkemm parti sew mid-dejn li ghandha s-Sea Malta mal-Bank of Valletta hu kopert b’ittri ta’ garanzija mill-Ministeru tal-Finanzi, il-Gvern jidher li qed jinsisti mal-BOV li ma jkunx lest li jhallas dak li hu dovut mis-Sea Malta qabel mal-BOV jezawrixxi l-possibbiltajiet kollha fil-process tal-konkors tal-kredituri.
Ghalhekk il-BOV huwa mistenni li jikkontesta d-decizjoni fil-Qorti fejn l-eks impjegati tqeghdu qabel il-bank fl-ordni ta’ prijorità fil-konkors ta’ kredituri.
Filwaqt li ma jidhirx li l-BOV jinsab f’xi riskju li jithallas dak li hu dovut lilu, ghax fi kwalunkwe kaz jekk ma jithallasx mill-flus tal-bejgh tal-vapuri, jista’ jithallas mill-Gvern taht l-ittri ta’ garanziji, mhux hekk fil-kaz tal-eks impjegati tas-Sea Malta li jekk jinqabzu mill-bank fil-proceduri tal-Qorti, ma jistghu jaqghu fuq l-ebda garanzija tal-Gvern u jispiccaw b’xiber imnieher.

| < Prev | Next > |
|---|






