Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Dan is-sajf il-bejgh huwa aghar minn ta’ Jannar!”- Sid ta’ Restorant Gewwa Marsaxlokk

E-mail Print PDF
Share

hpim0509_copyXoghlijet kostruzzjonali fi Triq is-Sajjieda gewwa Marsaxlokk ilhom li bdew mill-15 ta’Mejju, u ghadhom ghaddejin f’dan l-istagun turistiku.
Bhal ma qal il-Kelliem Laburista ghall-Infrastruttura u Xogholijiet Pubblici Charles Buhagiar, meta l-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarjiet Rurali iddecieda li x-xogholijiet kostruzzjonali isiru fl-istagun tas-sajf, kien qed imur kontra d-direttivi tieghu stess. Dan ghaliex l-MRRA ippublika avviz li jipprojbixxi xogholijiet kostruzzjonali f’zoni turistici bejn il-15 ta’ Gunju u 30 ta’ Settembru 2010. F’dan l-avviz l-MRRA specifika t-toroq u z-zoni li fihom ma kienux permessi xogholijiet kostruzzjonali, u Triq Xatt is-Sajjieda gewwa Mar­sa­xlokk kienet wahda minnhom. Izda mid-dehra il-Ministeru ta’ George Pullicino jhoss li ghandu dritt jikser ir-regoli tieghu stess, u jibqa jiggustifika ruhu billi jghid li ma kellux alternattiva ohra.

Il-Ministru Pullicino baqa’ jweb­bes rasu anka meta l-Malta Ho­tels and Restaurants As­so­ciation avzatu li kien ha jkun ta’ detriment kbir ghat-turizmu jekk jaghmel dawn ix-xoghlijiet fl-istagun tas-sajf. F’korrispondenza mal-Mi­nis­teru, l-MHRA uriet id-dispjacir taghha li hi lanqas biss kienet infurmata meta dan il-progett inghata bidu, u kellha issir taf biss meta giet allarmata minn persuni li raw il-makkinarju diehel fit-triq biex jibda’ x-xoghol.

Hadna l-kummenti tas-sidien tar-restorants gewwa din it-triq, u kollha qablu li l-bejgh kien naqsilhom hafna. Albert Frendo, is-sid ta’ Cafe’ de Paris, qalilna li l-bejgh huwa aghar minn ta’ Jannar, tant li kellu jwaqqaf seba’ impjegati, uhud bil-familja u bit-tfal. Qalilna wkoll li hu qed ihallas 233euros fix-xahar ghall-permess biex jarma l-imwejjed fuq il-bankina, izda l-imwejjed ilu ma jistax jar­ma­hom minn nofs Mejju, meta bdew ix-xogholijiet. Ghalkemm parti mill-bankina ta’ quddiemu hija lesta, huwa xorta ma jistax johrog l-imwejjed fuqha ghax it-triq ghadha trid tigi inawgurata. “L-inawgurazzjoni mhux ha tit­mghana!”, qalilna s-Sur Frendo.

Royin Grech, sid tal-hanut Mr.Fitz, ikkonferma dak li qal is-Sur Frendo. Huwa hareg erbat imwejjed barra tard bil-lejl, u minnufih gew il-pulizija u geghluh inehhihom.

F’korrispondenza bl-email l-MHRA talbet lill-Ministru Pullicino ghall-kumpens ta’ dan il-permess li hafna sidien qed ihallsu ghalxejn, izda b’arroganza liema bhalha l-Ministru wiegeb hekk: “ Tridx ma naghmlu xejn halli hadd ma jigi jdejjaqna ghal kumpens?” L-attitudni tal-Ministru iggieghel wiehed jahseb li dan il-progett qed jghamlu minn butu, minflok mill-fondi pubblici li dawn is-sidien stess jikkontribwixxu ghalihom permezz tat-taxxi.

Sid ta’ restorant iehor qrib il-Knisja tar-rahal gibdilna l-attenzjoni dwar it-triq li suppost kellha tibda tigi mxarrba kontinwament biex jitnaqqas l-ammont ta’ trab li jtir fuq il-klijenti waqt li dawn ikunu qed jieklu. Ghalkemm ilu hafna jikkuntattja l-MRRA dwar din il-kwistjoni, is-sid ihoss li hadd ma qed jghati kasu. Dan is-sid wera t-thassib tieghu wkoll dwar il-progett li ha jsir fil-pjazza wara l-festa.

Hawnhekk ser jinqala’ wkoll id-drenagg, jigifieri dawn il-hwienet tal-vicinanzi qatt m’huma ha jiehdu r-ruh, u ha jibqa’ jkollhom it-telf anka meta titlesta l-bankina. Ghal darb ohra l-MRRA injorat il-parir tal-MHRA biex dan il-progett jinbeda f’No­vembru, u minflok ha jinbeda ezatt kif tkun qed titlesta l-bankina ghal nofs Awwissu.

Dan m’huwiex l-unika progett li kiser id-direttivi tal-MRRA stess. Kif gibed l-attenzjoni Charles Buhagiar, hemm ukoll il-pavimentar tal-Belt Valletta u x-xogholijiet fi Triq tax-Xlendi li qed isiru fix-xhur tas-sajf b’detriment ghat-turizmu f’Malta u Ghawdex.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata