Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gejtu Vella urtat ghall-hatra ta’ Censu Farrugia fl-ECOSOC

E-mail Print PDF
Share

Il-hatra kontroversjali ta’ Censu Farrugia fil-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew iffastidjat lil diversi nies ghal aktar minn raguni wahda. Lawrence Gonzi ma setax ma jaqtax xewqet Censu Farrugia wara li dan qasam ix-xmara biex ikkandida ruhu mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew, fejn fl-ahhar mill-ahhar Farrugia baqa’ l-art minkejja dak l-esagerazzjonijiet li kien qal qabel din l-elezzjoni, fosthom li l-PN kien haqqu jirbah il-hames siggijiet kollha jekk mhux ukoll is-sitt wiehed ukoll.
Il-hatra ta’ Farrugia fl-ECOSOC, l-ewwel u qabel kollox qanqlet risentiment qawwi fost dawk in-Nazzjonalisti x’aktarx Nazzjonalisti ferm aktar minn Nazzjonalist ‘novizz’ bhal Censu Farrugia, li qed jirrealizzaw li fir-‘Razzett tal-Bhejjem tal-PN’ fejn suppost in-Nazzjonalisti huma kollha ugwali, hemm Nazzjonalisti li huma aktar ugwali mill-bqija tan-Nazzjonalisti.

B’xi mod jew iehor, avolja fallielu ghall-Parlament Ewropew Farrugia xorta wahda spicca Brussell. Censu Farrugia gie mahtur fl-ECOSOC mill-Gvern Malti biex jirrapprezenta lil min ihaddem, meta l-GRTU fil-verità mhijiex assocjazzjoni ta’ min ihaddem imma tas-self-employed. Terga’ u tghid, fi zmien meta originarjament dahlet fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, l-GRTU kienet tirrapprezenta lill-haddiema. Censu Farrugia dahal fl-ECOSOC a skapitu tar-rapprezentant tal-Malta Employers Association, li hi l-ghaqda ta’ min ihaddem vera u propja.

Sadattant, kontra kull mistenni,  l-hatra ta’ Censu Farrugia urtat bil-kbir  ukoll lil Gejtu Vella tal-UHM. Dan ghaliex meta fil-passat Gejtu Vella kien thajjar ghal post fl-ECOSOC, kien sab il-bieb imbarrat ghalih ghax kienu qalulu li biex xi hadd jigi mahtur fl-ECOSOC ma riedx ikun ukoll membru tal-MCESD.  Izda dak li kien ta’ impediment ghal Gejtu Vella ma kien tal-ebda problema ghal Censu Farrugia li sab postu fl-ECOSOC meta dan ghadu membru tal-MCESD.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata