Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iz-zieda fil-prezz tal-gass: min qed jghid il-verità?

E-mail Print PDF
Share

L-ahhar zieda fil-prezz tac-cilindri tal-gass giet imhabbra fl-1 ta’ Lulju, liema zieda kienet ta’ madwar €3 u €4 fuq kull cilindru. Dawn iz-zidiet kienu daqqa ta’ harta ohra ghall-familji Maltin u Ghawdxin li digà kienu qed jithabtu biex ilahqu mal-hlas ta’ servizzi bazici ohra bhad-dawl u l-ilma.
Gimgha u nofs wara li dawn iz-zidiet gew imhabbra, il-kumpanija Liquigas harget stqarrija li kienet ser taghmel investiment ta €20 miljun, waqt li gabet l-iskuza li z-zieda fil-prezz tal-gass kienet dovuta primarjament ghat-tnehhija tas-sussidji minn fuq il-gass.

Liquigas kompliet biex taghti l-impressjoni li dawn iz-zidiet, ghalkemm “sostanzjali”, ma kie­nu xejn straordinarji meta mqabbla mal-prezzijiet tal-gass f’pajjizi ohra Ewropej. Li­qui­gas forsi nsiet tghid li dawn il-pajjizi juzaw il-gass naturali, u mhux l-LPG fic-cilindri bhal Mal­ta.

Dwar l-ewwel affermazzjoni li ghamlet Liquigas rigward ir-raguni ghaz-zieda fil-prezzijiet tal-gass, din tikkontradixxi dak li qal il-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni fit-3 t’Awwissu 2009. Dan il-Ministeru kien qal li, peress li kien ha jigi liberizzat is-suq intern tal-gass, kien jehtieg li jitnehhew ghal kollox l-ahhar sussidji li kien ghad baqa’ fuqu:

“From Monday 3rd August 2009, Enemalta Corporation will be reviewing upwards the prices on its LPG and Propane products following Government’s decision to remove the last tranche of subsidies on these products”.  Din l-informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit tal-MITC taht it-titlu ‘Revision of Fuel and LPG Prices’.

Liquigas ghadha kif qalet li gholliet il-prezzijiet ghax nehhiet is-sussidju li kien ghad baqa’, izda l-Ministeru ta’ Austin Gatt kien qal li nehha l-ahhar tracci ta’ sussidju s-sena l-ohra. Min qed jigdeb?

Meta staqsejna lill-MITC dwar dawn il-       kontradizzjonijiet, l-MITC qalilna li l-gass m’gha­dux jaqa’ taht ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru, u ghalhekk ghazel li ma jwiegibx. Minf­lok irreferiena ghand il-Ministeru tal-     Fi­nan­zi. Izda ahna ma stajniex nitolbu lill-Ministeru tal-Finanzi biex iwiegeb ghall-affermazzjonijiet li kien ghamel Ministeru iehor.

Gbidna wkoll l-attenzjoni tal-Malta Resources Authority rigward il-kontradizzjonijiet dwar it-tnehhija tas-sussidju. L-MRA wiegbet hekk: “Is-sussidju fuq il-gass kien tnehha parzjament f'‘Awwissu tal-2009 u kompletament mill-1 ta’ Lulju li ghadda meta ddahhal pricing mechanism gdid”.

Ghalhekk, skond din l-affermazzjoni tal-MRA jirrizulta li, fil-fatt, is-sussidju fuq il-gass ma kienx tnehha kompletament is-sena l-oh­ra, bhal ma kien qal il-Ministeru ta’ Austin Gatt.

L-MRA kompliet tghid li dawn iz-zidiet fil-prezzijiet gew approvati minnha minhabba li l-prezzijet ma kienux jirriflettu l-ispejjez tal-produzzjoni.

L-MRA tghid ukoll li hi m’approvatx iz-zieda kollha li talbet il-kumpannija Liquigas.
Wiehed jittama li issa li s-sussidju ta’ fuq il-gass tnehha kollu,  iz-zieda fil-prezzijiet imhabbra fl-1 ta’ Lulju ha tkun l-ahhar zieda taht din l-iskuza.

Kummenti (1)Add Comment
Sa fejn ser naslu
Minn Michael Gatt, July 28, 2010
Miskin iz zghir ghax vera gie daru mal hajt
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata