Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kobba tkompli tithabbel

E-mail Print PDF
Share

clarles_polidanoIt-tender ghall-bini mill-gdid u l-upgrading ta’ 5 sezzjonijiet tat-TEN-T Road Network f’Malta u f’Ghawdex u li jinvolvi nefqa ta’ €40,150,000 gie mwaqqaf u x’aktarx li se jkollu jtawwal fiz-zmien peress li f’appell li sar minn wiehed mill-kuntratturi li gie skwalifikat f’dan it-tender, instab mhux biss li wahda mill-offerti mixhuta ma gietx evalwata kif suppost mill-Kumitat ta’ Eval­wazzjoni, imma rrizulta wkoll li zewg periti ta’ Transport Malta li kienu responsabbli minn dan it-tender, kellhom konflitt ta’ interess u minhabba f’hekk qeghdin jigu nvestigti mill-Pulizija.
Dan it-tender kien ghall-ghoti tal-kuntratt tax-xoghlijiet fuq il-Vjal il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Giuseppe Garibalidi f’Hal Luqa, it-triq tas-Sea Passanger Terminal, it-Triq tal-Marfa, il-Bypass tal-Mel­lieha u t-Triq tal-Mgarr, Ghawdex.

Dan il-kuntratt spicca mwahhla fl-appell hekk kif Polidano Bros (Ic-Caqnu) u Giustino Costruzioni Spa appellaw wara li kienu gew skwalifikati minhabba li skont id-Dipartiment tal-Kuntratti, l-offerta taghhom ma kinitx tikkonforma mal-kondizzjonijiet tat-tender peress li kellhom nieqsa numru ta’ dokumenti li kienu mitluba mit-tender, fosthom “il-Financial Identification Form” u n-“Non-Collusive tendering Certificate”.

Min-naha taghhom Polidano Bros mhux biss cahdu li ma kie­nux issottomettew dawn id-dokumenti, tant li dawn kienu fil-fatt nkluzi f’CD annessa mal-offerta taghhom, imma allegaw ukoll li zewg periti ta’ Transport Malta responsabbli minn dan it-tender kellhom konflitt ta’ interess peress li kienu qeghdin jiffrekwentaw ta’ spiss restorant  li s-sid tieghu huwa l-kuntrattur Schembri Id-Dobbu, li kien inghata parti sew minn dan il-kuntratt tat-toroq mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Meta c-Chairman ta’ Transport Malta Mark Portelli gie msejjah mill-Bord tal-Appell biex iwiegeb ghal dawn l-allegazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess li saru fil-konfront ta’ dawn iz-zewg periti ta’ Transport Malta, Portelli wiegeb li dawn l-allegazzjonijiet kienu qeghdin jigu nvestigati mill-Pulizija.

Min-naha tieghu l-kuntrattur Schembri (Id-Dobbu) sostna li Mark Portelli kien involut fin-negozju mac-Caqnu, tant li ghal xi zmien kien Managing Director tal-Peninsula Investments Limited li tmexxi l-lukanda Westin Dragonara u li Polidano Bros ghandhom sehem fiha.

Min-naha tieghu il-Bord              tal-Appell ikkonkluda li “ma kienx konvint li l-procedura li giet        segwita  kienet l-aktar wahda prattika, bil-Bord tal-Evalwazzjoni , li jidher li naqas milli jaghmel valutazzjoni xierqa,  u ma              tax attenzjoni ghal process u d-dettalji li gew ipprezentati, li jew instabu meta saret analizi ulterjuri waqt is-smigh jew inkella, kienu facilment identifikabbli f’oqma ohrajn”, [“it was not convinced that the procedure followed was the most practical, with the Evaluation Board, seemingly, falling short of conducting a proper assessment, overlooking the process and details submitted, that were either found       when further analysis was conducted during the hearing or else, amply identifiable in other areas”.]

Minhabba dawn in-nuqqasijiet tal-Bord ta’ Evalwazzjoni u tad-Dipartiment tal-Kuntratti, il-Bord tal-Appell iddecida li l-offerta ta’ Polidano Bros u Giustino Cost­ru­zioni Spa terga’ tigi am­mes­sa fil-process tal-aggudikazzjoni li ghandu jerga’ jinfetah mill-gdid wara li l-Bord tal-Appelli wasal ghall-konkluzjoni li d-Dipartiment tal-Kuntratti m’ghamilx evalwazzjoni tal-offerti kif suppost.

F’dawn l-ahhar gimghat l-mod imhawwad kif jopera d-Di­par­ti­ment tal-Kuntratti li jaqa’ taht ir-responsabbiltà ministerjali tal-Ministeru tal-Finanzi, gie kkritikat bl-ahrax mill-Awditur-Generali fil-kaz tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara li gie moghti lil BWSC.

Propju l-bierah id-Dipartiment tal-Kuntratti ta permess lill-Korporazzjoni Enemalta biex din iddawwar is-sistema fil-kaz tat-tender tal-cable interconnecter bejn Malta u Sqallija fejn kienet spiccat tikkonkorri wahedha il-kumpannija ABB Malta Sicily Interconnector u li issa qed jintqal li l-offerta taghha ma kinitx tikkonforma mal-kondizzjonijiet tat-tender.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata