Id-droga Mephedrone ghadha mhux illegali, u bhalissa qed tinxtara mill-internet bhala fertilizzant tal-pjanti. Fil-fatt wiehed jista’ jsib profil fuq is-sit ta’ Facebook li jgib l-isem ta’ Plant Food.
L-ebda gardinier m’huwa ha jaccessa din il-pagna u jahseb li dahal f’xi fan page tal-pjanti, ghax l-insinwazzjonijiet ghad droga huma cari. F’dan il-profil ta’ facebook wiehed isib frazijiet bhal ‘Gardeners love to party’, u ohrajn li jheggu l-klijenti biex jixtru dan il-‘fertilizzant’ ghax wasal tmiem il-gimgha.
Hemm enfasi fuq il-fatt li d-deliveries jibqghu sejrin sas-Sibt wara nofsinhar.
Dan il-profil jiggwida l-entuzjasti tal-Meow Meow ghal siti minn fejn jistghu jixtru din id-droga; www-Plant-Food-net u www.benzo-fury.me.uk huma tnejn minnhom. Ghalkemm is-sit Plant-Food-net bhalissa jinsab “closed for business”, il-profil fuq Facebook jghid li l-klijenti xorta jistghu jinqdew. Fil-fatt hemm formola li wiehed jista’ jimla.
Skont il-Pulizija bejn Frar u Gunju ta’ din is-sena b’kollox gew arrestati 18-il persuna b’konnessjoni mad-droga mephedrone f’Malta. Ghalkemm din id-droga ghadha mhux illegali, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga xorta tista’ tissekkwestra kull sustanza li tinstab “f’cirkostanzi suspettuzi”, anke minhabba l-fatt li din id-droga tixbah drogi ohrajn li huma illegali, u ghalhekk ikun hemm bzonn ta’ analizi fil-laboratorju biex jigi determinat x’sustanza hi.
L-Iskwarda ta’ Kontra d-Droga qalet ukoll li f’Malta s’issa kien hemm rapport wiehed ta’ persuna li giet rikoverata minhabba l-effett tal-Mephedrone, izda kien hemm ukoll zewg kazijiet ohra fejn persuni dahlu l-Isptar minhabba l-effett ta’ drogi illegali u eventwalment instabu pozittivi wkoll ghall-Mephedrone.
Huwa car li l-effetti ta’ din id-droga huma simili ghal drogi illegali ohrajn bhall-Ecstasy, tant li din il-gimgha d-Dipartiment tas-Sahha hareg stqarrijja li fil-gimghat li gejjin din id-droga wkoll ser tigi pprojbita bil-ligi.
Gewwa r-Renju Unit u l-Izvezja diga kienu qed jigu nvestigati kazijiet ta’ zghazagh li mietu kawza ta’ din id-droga. Dan huwa nkwetanti meta wiehed jikkonsidra l-fatt li l-Mephedrone diga’ qed tigi kkunsmata minn 40%-50% taz-zghazagh Maltin li juzaw id-droga fil-parties. Sostna Mons. Victor Grech f’jum il-gradwazzjni gewwa San Blas ftit tal-gimghat ilu.

| < Prev | Next > |
|---|






