Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kandidat Ewlieni tal-PN ghall-elezzjoni li gejja

E-mail Print PDF
Share

20081214--094221-loc_10Sorsi ta’ minn jorbot fuqhom infurmaw lil din il-gazzetta li Nicholas Sammut (ritratt), l-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni (CEO) tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST), bhala parti mill-pakkett ta’ salarju u beneficcji li jgawdi fil-pozizzjoni CEO  li jlehhaq b’kollox madwar €80,000, waqt li ghandu car allowance u fuel allowance mhallsa mill-Gvern, xorta wahda jaghmel uzu kontinwament mill-karozza ufficjali bix-xufier tal-istess MCST.
Nicholas Sammut ta’ 29 sena, huwa wiehed mill-paladini tal-klikka ta’ Lawrence Gonzi u hu mizmum fuq wicc l-idejn u qed jigi mibni u pprogettat biex ikun wiehed mill-kandidati ewlenin tal-PN fl-elezzjoni li gejja.

Parti mill-hype li jigi mmuntat mill-media Nazzjonalista dwar Nicholas Sammut, huwa li dan kien gie ngaggjat mis-CERN biex jifforma parti minn dal-istitut xjentifiku ta’ fama internazzjonali. Fil-fatt huwa ma kienx gie ngaggjat mis-CERN imma kienet l-Università ta’ Malta li bghattitu hemmhekk biex ikun jista’ jaghmel id-dottorat tieghu.

Nicholas Sammut kien gie mahtur Chairman Ezekuttiv tal-MCST f’Dicembru tal-2008, izda madwar sena u ftit xhur wara kellu jcedi l-pozizzjoni tieghu ta’ Chairman, biex seta’ jigi mahtur minfloku bhala Chairman id-dentist Jeffrey Pullicino Orlando.

Is-CEO tal-MCST Nic­h­olas Sammut, ghan­du salarju ta’ €32,130 flim­kien ma’ ‘market correctivity’ ta’ €11,647, al­lo­wance ghall-karozza tie­ghu, ghall-petrol, ghall-internet, performance bonus u anki ex­pense al­lo­wance. B’kollox il-pak­kett li ghandu Nicholas Sammut mal-MCST ileh­haq madwar it-€80,000

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata