Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Orkestrazzjoni shiha biex jinqdew tal-qalba

E-mail Print PDF
Share

Oht il-mara tas-Segretarju Par­lamentari Chris Said, l-eks-Sindku tal-Partit Nazzjonalista fl-Ghasri, u kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-ahhar elezzjoni fuq it-13-il distrett fil-granet li ghaddew in­gha­taw promozzjonijiet u hatriet ghol­ja fis-Servizz Civili gewwa Ghaw­dex.
Pat Curmi, oht il-mara ta’ Chris Said li fis-snin li ghaddew gaw­diet minn diversi promozzjonijiet, issa se tigi mahtura bhala Direttur ghall-Affarijiet Ewropej.

Min-naha taghha Rita Cutajar, eks Sindku Nazzjonalista tal-Ghasri, kif kien imbassar f’din il-gazzetta fil-harga tat-23  ta’ Mejju, issa se tigi mahtura Direttur-Generali fil-Mi­nis­teru ghall-Ghawdex. Biex b’hekk  dan il-Ministeru li m’ghan­dux xi responsabbiltajiet estensi­vi, issa se jkollu apparti s-Seg­retarju Permanenti Joseph Scerri u d-Direttur-Generali att­wali Mario Calleja, lil Rita Cutajar bhala t-tieni Direttur Generali.

Hemm imbaghad Manuel Ta­bo­ne li fl-ahhar elezzjoni kien ikkontesta bhala kandidat tal-PN fuq it-13 -il distrett u huwa wkoll wiehed mill-koordinaturi tal-Iskola Po­li­ti­ka Fortunato Mizzi, tal-PN gewwa Ghaw­dex.

Tabone se jinghata l-kariga ta’ Direttur ghat-Turizmu u Zvilupp Eko­no­mi­ku fil-Ministeru ghall-Ghawdex.

Pat Curmi minbarra li hija oht il-mara ta’ Chris Said, hi l-akbar habiba ta’ Rita Cutajar, id-Direttur-Generali l-gdida. F’perijodu qasir ta’ zmien, Pat Curmi rnexxilha takkwista tliet promozzjonijiet.

Minn Senior Principal giet promossa ghal Assistent Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi gewwa Malta. Ghalkemm skont ir-regoli tac-Civil, Assistent Direttur ma setax jaghmel move laterali minn dipartiment ghal iehor, dawn ir-regoli nbidlu b’tali mod li lateral move minn Malta ghal Ghawdex issa tista’ ssir. Tant hu hekk wara ftit gimghat Pat Curmi akkwistat transfer ghal Ghawdex bhala Assistent Direttur Major Projects fi hdan id-Dipartiment tal-Progetti u Zvilupp.

Ftit tal-gimghat wara, harget sejha ghall-kariga ta’ Direttur Generali li tista’ tghid kull min hu midhla tac-Civil gewwa Ghawdex, kien jaf minn qabel li din il-hatra kien imfassla ghal Rita Cutajar li hija paladina prima tal-Ministru Giovanna Debono.

Tant kien ovvju li din il-kariga kienet se tehodha Rita Cutajar, li fl-istess hin harget ukoll sejha ghall-post ta’ Direttur ghall-Affarijiet tal-Unjoni Ew­ro­pea, li kienet il-kariga attwalment okkupata minn Cutajar.

Ghalkemm kien hemm diversi applikanti ohrajn ghall-kariga ta’ Direttur EU Affairs, kien ilu jinghad fil-kurituri tal-Ministeru ghal Ghawdex li din il-kariga kienet mahsuba ghal oht il-mara ta’ Chris Said.

Il-kandidati l-ohra li applikaw ghal dawn il-pozizzjonijiet u li baqghu b’xiber imnieher, lanqas biss gew infurmati bir-rizultat u li ma kienux gew maghzula ghal dawn il-karigi li gew okkupati  minn persuni tal-qalba tal-PN u minn oht il-mara ta’ Segretarju Parlamentari.

Dawn il-manuvri u din l-orkestrazzjoni shiha biex jinqdew il-bazuzli Nazzjonalisti, saret taht ghajnejn is-Segretarju Per­ma­nen­ti attwali Joseph Scerri.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
13C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata