Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Bhal Mintoff qatt” - Joe Camilleri

E-mail Print PDF
Share

scan0013_copyHekk kif l-eks Prim Ministru Dom Mintoff nhar il-Gimgha jaghlaq 94 sena, Randolph De Battista ltaqa’ ma’ Joe Camilleri, l-persuna li ghal diversi snin kien is-segretarju privat tieghu fis-snin 60 u 70. Huwa jiddeskrivi lill-Perit bhala dak il-politiku li ta isem lil Malta, u jitkellem dwar l-esperjenzi li ghadda minnhom kemm dam jahdem mieghu, fosthom fi zmien il-kwistjoni mal-Knisja, u fil-mixja ghall-helsien shih ta’ pajjizna.

Kien jixraq li l-ewwel mistoqsija tkun fuq l-okkazjoni t’gheluq snin Dom Mintoff. Minkejja li din il-gurnata tfisser celebrazzjoni ghal hafna, Joe jispjega kif dan kollu ma tantx kien ifisser ghall-Perit f’dawk iz-zminijiet ta’ xoghol u konfronti. Din kienet ir-reazzjoni tieghu ghall-mistoqsija jekk kienx jiccelebra din il-gurnata.

“Jiccelebrah? Qed ticcajta! F’dawk iz-zminijiet iebsin mimlijin b’konfronti, l-kelma celebrazzjoni kienet haga li konna nharsu lejha ghall-futur. Qatt ma naf li fil-birthday tieghu naqas li jidhol ghax-xoghol. Qatt ma naf li ghax kien il-birthday tieghu naghmlu xi ikla jew xi bibita. Ma kienx jemmen fihom, jew, ahjar, kien juri li ma jemminx fihom.”

“Ghaliex qed nghid hekk? Ghax f’qalbu kien jifrah meta jara dawk il-kartolini kollha li kien jircievi u r-rigali li jibghatulu l-Laburisti. Kien jaqrahom kollha u jghaddihom lilna jew lil martu Moyra, biex nirrisponduhom. Dan kien ukoll jghodd ghal zmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.”

Tlabtu jiddeskrivi lill-Perit mil-lat personali, aktar milli politiku.

“Mintoff kien, u ghadu, bniedem bhal kulhadd, kellu l-karattru tieghu u kellu wkoll id-difetti, bhal kull uman iehor. Izda, meta tkun tafu mill-qrib, issir taf ukoll li kien bniedem qalbu tajba u li t-trobbija li kellu matul iz-zmien kienet sawwritlu dak li kien jidher u dak li ma kienx jidhirx fil-karattru tieghu. Kien qalbu tajba u dejjem irid jghin lil batut, hu min hu.”

“Minn tfulitu kien jaf it-tbatijiet tal-poplu ghax ghex f’qalbhom u ghalhekk ried jahdem biex jeradika ghal kollox dawn it-tbatijiet ghall-generazzjonijiet gejjiena. U din kienet l-agenda primarja tieghu. Ir-rizultat kien is-serje ta’ ligijiet socjali li introduca hu stess tul il-hajja politika tieghu, sew meta kien fil-gvern bhala Prim Ministru, wkoll bhala Ministru jew semplici deputat.”

scan0014_copyKienu jitlghulu malajr ukoll, insomma, nghiduha kif inhi, mhux xi sigriet dan.

“Veru wkoll li kien jitilghlu malajr, u haga komuni kienet li jibda jghajjat. Izda meta tahdem mieghu ghal tul ta’ zmien tidrah u taghraf li dan kien il-mezz li juza biex jikseb rizultati.”

“Ma’ dan wiehed irid izid id-dixxiplina stretta waqt ix-xoghol. M’hemmx lok ghac-cajt, izda meta lesta dak li kellu jsir, kien jaf jiccajta, xi drabi goff ukoll, u kien jiehu gost hafna jitkellem fuq suggetti varji u interessanti li kien jigbed l-attenzjoni ta’ kulhadd.”

L-isports, l-inbid u
z-zebbug tieghu

Wahda mill-kwalitajiet tal-eks Prim Ministru kienet l-istamina kbira li kellu, fejn kien jibqa’ ghaddej gurnata shiha. Staqsejtu x’kien is-sigriet wara dan kollu.

“Kien bniedem ta’ stamina kbira, mimli energija u b’sahhtu hafna. Ma kienx jemmen b’pilloli u misturi, vitamini u toniks. Kien ihobb jiekol dak li hu naturali u l-aktar dak li hu mrobbi f’Malta. Kien jiftahar hafna bl-inbid u z-zebbug li kien jaghmel hu stess, u allahares tghidlu li l-inbid tieghu qares ghax kont taqlaghha.”

“Huwa minnu li kien izomm ghaddej il-gurnata kollha, izda kuljum kellu l-programm tieghu. Isib hin ghal kollox: jahdem, jaqra l-gurnali lokali u barranin, jiekol, jipprattika l-isports, bhall-ghawm, tennis u bocci, izda importanti wkoll kien hin il-mistrieh, u hekk kien jaqsam il-jum u kien dejjem jerga’ ghax-xoghol b’energija friska.”

“Kien importanti li waqt li kien qed jahdem, ma jfixklu xejn, izda wkoll waqt il-mistrieh issemmix xoghol. Hu kien dejjem jikkoncentra fuq dak li kien qed jaghmel, u kien jara li ta’ madwaru qed jikkoncentraw bhalu.”

Apparti l-mumenti tax-xoghol u koncentrazzjoni, Joe jitkellem fuq mumenti tad-dahk u anke praspuri.

“Jien kont ili nahdem qribu jew mieghu minn zmien twil hafna, mill-1962 meta kont is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit, u wara meta kont is-Segretarju Privat tieghu, u ghadni sallum immur inzuru spiss hafna.”

“U nghid jekk kienx hemm praspuri, tad-dahk jew tal-biki! Illum nidhak meta niftakar u nirrakkonta xi whud minnhom izda dak iz-zmien konna nidhku wkoll.”

“Iva kellna episodji li kienu tad-dahk u dahak kull min kien hemm. Anke praspuri personali. U bilfors, xi drabi is-sitwazzjoni tkun tali li jqabbizielek, dak il-hin tirrabja u tissuppervja, izda wara kien jaf jixxuttak u jerga’ jdahhlek fl-ispirtu tax-xoghol, u b’hekk kollox jibqa’ sejjer.”

“Xi haga importanti fil-karattru tieghu kienet li meta jkun hemm mard, zghir jew kbir, anke semplici ugiegh ta’ ras, kien iwarrab kollox u jara kif jista’ jghin, jew igiblek tabib, jew jibghatek tistrieh. Kien ihoss ghal kulhadd.”

“Rebah il-glieda mal-Knisja”

Ghaddejna ghaz-zmien tal-glieda mal-Knisja u l-interdett. Il-fatt li Joe Camilleri hadem mill-qrib mal-Perit fisser li hu kien mieghu anke f’dan iz-zmien difficli. X’kienet tfisser din il-glieda?

“Jien ma nafx ghaliex isejjhulha glieda politka-religjuza. Zgur li ma kienetx glieda dwar it-twemmin religjuz tal-poplu. Ghal Mintoff, u ghal kulhadd, il-poplu kien Kattoliku, u baqa’ Kattoliku wkoll wara li spiccat il-glieda. Ghax glieda kien hemm, iva, imma mal-mexxejja tal-Knisja f’Malta, ghax dawn kienu dejjem igawdu minn privileggi specjali u dejjem iggieldu biex izommuhom.”

“Min jaf l-istorja, l-Knisja f’Malta dejjem indahlet biex issawwar il-politika tal-pajjiz, u min ma jaqbilx ma’ dan kienet tiftahlu front kontrih u tghajjru bhala ghadu tal-Knisja. Ma nghidux wisq, Strickland u l-partit tieghu batew minn dan, u meta Strickland gie eliminat, il-kanuni daru kontra Mintoff u l-laburisti.”

mintoff_2_copyJispjega dak li ried jasal ghalih Mintoff u jghid ukoll li kien hemm anke nies genwini li ppruvaw igiegheluh ibiddel fhemtu.

“Il-glieda ta’ Mintoff kienet wahda li ried jifred darba ghal dejjem ir-religjon u l-Knisja mill-politika. Wahda ma tindahalx fl-ohra, u b’hekk jirrennja l-paci. Izda l-kolonjalisti dejjem isservew b’dak li kien sagru ghall-poplu, biex jaqsmuh, u f’Malta sabu l-Knisja, li biex tippreserva l-privileggi li kellha zammet mal-kolonjalisti, kontra l-poplu Malti; u wzaw kull arma li kellhom biex ikissruh, insemmu l-interdett, skominki, fost l-ohrajn.”

“Din kienet il-glieda ta’ Mintoff, u baqa’ sakemm rebahha. Dan jidher car hafna mid-dokument li gie ffirmat mill-isqfijiet ghan-nom tal-Knisja f’Malta, u minn Mintoff u jien ghan-nom tal-Partit Laburista.”

“Kienu hafna li kienu jippruvaw, sew b’rieda tajba, kif ukoll ohrajn b’rieda malizzjuza, li jgieghlu lil Mintoff idawwar ir-rotta. Kien hemm ukoll hafna theddid. Izda l-iskop tal-glieda kien wiehed car u Mintoff mexxa l-Partit dejjem f’dik it-triq, u baqa’ sakemm wasal u rebahha.”
Hawnhekk staqsejtu kif kien ikellem lil dawk il-laburisti genwini li kienu f’dilemma. Izda hu jenfasizza fuq il-perswazjoni.

“Mintoff jemmen hafna fil-perswazjoni. Veru li kien rasu iebsa izda, kif nafuh sewwa fil-meetings li kien jaghmel, kien jahli hafna energija biex ifiehem lill-poplu dak li qed jigri, u ghaliex qed jigri. U hekk kien jitkellem ma’ kull min kien jersaq lejh fuq din il-kwistjoni, u bi kliem li kien jaf jaghzel Mintoff biss, kien jirnexxielu jdewweb id-dubbji kollha li kienu jkellmuh dwarhom.”

Karattru uniku

Semmejtlu li l-karattru ta’ Mintoff kien pjuttost uniku. Allura f’dan il-kuntest, staqsejtu kemm kienet facli jew difficli li tahdem mieghu ta’ kuljum.

“Kien karattru uniku kemm trid, izda kien ukoll uman, u wkoll jekk ma jurikx, kien jaghraf dak li jkun ihoss min kien ikun jahdem mieghu. Kien ukoll perfezzjonista u               ma jaccettax l-istess zball darbtejn.”

Nerga’ nghid, jien hdimt mieghu ghal bosta snin, kilt mieghu, u ghixt mieghu fi zminijiet difficli. Ma nghidx li kien facli biex tahdem mieghu izda nghid minghajr sinjal ta’ dubbju li jekk jirnexxielek tidrah u taccetta li dak li qed jghid u jaghmel dejjem bi skopijiet genwini, allura nasal biex nghid li ghalija ma kienx difficli nahdem mieghu u ghalhekk kampajt dawk is-snin kollha, dejjem fiz-zminijiet iebsin tas-sittinijiet u s-sebghinijiet.”

M’ghandniex xi nghidu, l-agenda tal-gurnata kienet tkun twila hafna bl-appuntamenti, izda kemm kien isib cans jiltaqa’ man-nies?

“Wiehed irid jaghmel distinzjoni bejn meta kien Kap tal-Oppozizzjoni u meta kien Prim Ministru. Fl-ewwel kaz, kien jisma’ lin-nies li jmorru jkellmuh sakemm dawn ma kienux jahlulu l-hin li kellu ghal dan il-ghan. Kien hemm zmien meta kellu kamra fil-Palazz, il-Belt, li kien juzaha bhala ufficcju biex jara lin-nies u jipprova jaqdihom mill-ahjar li jista’. U kien jara hafna nies, u kien jiehu pacenzja wkoll ghax kien jaghraf li dawn kienu nies fi bzonn ta’ ghajnuna.”

Dwar meta kien Prim Ministru, Joe jirrakkonta fuq meta kien imexxi l-ufficcju tal-ilmenti, u dwar x’kien jigri meta ma jaqdux lil xi hadd!

“Meta kien Prim Ministru, l-istampa kienet xort’ohra. Kellu l-istaff privat tieghu u jien kont il-kap ta’ dan l-ufficcju u hemm konna naraw eluf ta’ nies li kienu jixtiequ jressqu xi lment jew talba ghal ghajnuna quddiem Mintoff (jew il-Perit, ghax hekk kienu jsibuh).

“Konna naghmlu minn kollox biex naqduhom u fejn ma konniex naslu, kont inressaq quddiemu dawn l-ilmenti u talbiet biex jintervjeni hu. Hekk konna naslu dejjem.”

“Kienet tkun storja kbira, mimlija ghajjat u hwejjeg ohra, meta xi hadd li ma jkunx inqeda minna, jmur isibu wara l-bieb tal-Olives u jghidlu li ma qdejniehx. “Mur kellem lil Camilleri xbin, ghax issa se nkellmu jien ukoll.” Dan it-tali jigi Kastilja u ahna nindunaw li gejja xi storja, u konna nlestu ghaliha.”

“Malli jidhol, tinqala’ tempesta u jrid ikun jaf ghaliex it-tali ma nqediex. Konna nispjegawlu. Gieli kellna ragun, u ftit drabi kellna tort ukoll. Meta kellna ragun kollox jiskot qisu m’hu xejn u meta jkollna tort konna nisimghu minn kollox. Imbaghad kienet tghaddi wkoll mal-ohrajn.”

L-aktar gurnata li kien ferhan

“Malta l-ewwel u qabel kollox” kienu l-ewwel kliem ghall-mistoqsija dwar x’kien ifisser il-ftehim tal-helsien ta’ Malta, ghal Mintoff.

“Malta l-ewwel u qabel kollox! Din kienet l-ghajta li kienet tohrog minn qalbu ghax kien ukoll l-ghan ta’ hajtu. U hu kien jemmen fiha daqs kemm jemmen fih innifsu.”

“Minn kemm kont ilni nafu jien, dejjem kien jitkellem dwar Malta mehlusa minn bazijiet tal-barrani, li ma tiddependi minn hadd ghajr mill-Maltin stess ghall-ghixien taghha. Din kienet il-filosofija tieghu f’dawk iz-zminijiet iebsin meta Malta kienet tiddependi mill-infiq tal-Inglizi f’Malta, mill-bazijiet tal-gwerra. Dan kien l-ghan ahhari tieghu u dejjem hadem bla serhan u b’sagrificcji biex jikseb dan il-helsien shih ghal Malta.”

“Kien jaghraf li t-triq hija iebsa. Kien jemmen li l-poplu Malti fil-maggoranza tieghu kien irid jasal ghall-istess ghan. Kien jaf li se jkollu tfixkil mhux mill-barranin biss izda wkoll min xi Maltin li dejjem gawdew mall-barrani. Però b’rieda tal-azzar u bil-poplu warajh hadem bla serhan biex jilhaq dan il-ghan.”

Huwa jkompli jispjega u jghid kif kien hemm mumenti fejn hu kien wiehed mit-tliet persuni li kienu jkunu jafu l-progress tan-negozjati mal-Inglizi.

“Kienu snin ta’ tbatija, xoghol lejl u nhar, ma kienux jezistu festi, Milied jew l-Ewwel tas-Sena. Ix-xoghol kien jibqa’ ghaddej b’sieghat twal ta’ laqghat fl-ufficcju tieghu u wkoll fir-residenza privata u f’Ambaxxati. Jien kont inkun mieghu kull hin, u maghna kien ikun ukoll Dr. Edgar Mizzi.”

“Kien hemm zmien meta hadd hlifna ma kien jaf x’inhu ghaddej fit-tahdidiet iebsin. Kien irid li kollox ikun iddokumentat, u hekk kien isir.”

“Qatt ma rajtu ferhan daqs dak inhar li ntlahaq ftehim mal-Inglizi u mal-pajjizi tan-NATO dwar l-gheluq tal-bazijiet kollha, li kien ifisser il-helsien shih ta’ Malta. U iva, hawn kellna celebrazzjonijiet.”

Fl-ahharnett staqsejtu ghalxiex skont hu, se jibqa’ mfakkar l-aktar Mintoff, jekk hux ghat-tama li dahhal fil-poplu, ghall-vizjoni li kellu jew ghar-rieda soda tieghu. Hu jghid li Mintoff kien dak il-politiku li ta isem lil Malta.

“Mintoff kien u ghadu politiku kbir, forsi wkoll l-ikbar li Malta qatt kellha. Ir-rispett tal-poplu trid tirbhu u mhux xi haga li taqa’ mis-sema. Mintoff, bix-xoghol iebes biex jgholli l-haddiem Malti, kiseb ir-rispett tal-maggoranza tal-poplu Malti. Bix-xoghol iebes, insistenza, rezistenza, u l-previzjoni li ghandu rnexxielu jirbah ir-rispett tal-mexxejja barranin ukoll.”

“Kien hemm zmien meta kont issiefer u jistaqsuk minn fejn int? U meta tghidilhom li minn Malta kienu pront jghidulek:  Malta….Mintoff.”

“Mintoff ta isem lil Malta madwar id-dinja. Hafna mexxejja kienu jammirrawh, ohrajn jghiru ghalih, ohrajn jippruvaw jimitawh. Izda bhalu qatt. U dan jidher ghax Malta li halla hu meta telaq minn Prim Ministru kienet tghix fuq bazi soda, bla djun u bla rbit ma hadd. Malta kienet verament Maltija.”

Kummenti (1)Add Comment
proset
Minn letisia, December 02, 2010
ma fihx xtikumenta...proset fih xtitallem
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata