Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Futur

E-mail Print PDF
Share

sammut_joseph_mFiz-zminijiet tal-prezent , il-produtturi tal-ikel qeghdin jghaddu minn martirju shih ghax ghandhom hafna pressjonijiet fuqhom. Dawn huma sfidi li forsi s’issa l-ebda produttur ma kellu l-esperjenza li jghaddi minnhom, u fost il-produtturi lokali jista’ jkun hemm min jaqta’ qalbu u forsi jibda jahseb biex jerfa’ mill-mestier li forsi kien l-uniku ghejxien tal-familja taghhom ghal snin shah. Lil dawn nghidilhom biex jissaportu u biex ma jaqtghux qalbhom ghax ghad jigi zmien li taht gvern Laburista, dawn se jsibu s-sapport mehtieg biex dawn jakkwistaw is-success mehtieg fl-irziezet taghhom!

Kull tip ta’ pressjoni ghandha t-toqol taghha u trid tkun indirizzata f’qafas shih ta’ tmexxija soda ta’ politika  agrarja li hi relevanti ghal kull produttur tal-ikel. Mill-kbir sal-icken produttur ghandu dritt fundamentali li jibqa’ jopera u li jkun imhares biex ma jiggarrafx. Hadd mhu ghar-rimi u l-pajjiz ghandu bzonn ta’ kull produttur, basta li jkun lest li jimmodifika l-istil tal-manigg tal-operat tieghu sabiex jibqa’  kompetenti f’dinja ta’ xoghol li qieghda tinbidel kuljum.

F’pajjizna rridu nharsu lejn l-isfidi tal-produtturi tal-ikel li jipproducu kemm hxejjex u laham frisk ghas-suq lokali bhala l-gwardjan tal-kampanja u l-pajsagg Malti  u Ghawdxi. Irid jifhem il-konsumatur Malti li jaqbillu ferm aktar jekk jikkonsma ikel bnin frisk Malti milli ikel importat. Dan mhux biss ghax ikel importat jinvolvi trasport li jahli energija imma l-fatt li l-ikel provdut wara biebek ma jqattax zmien twil f’cold stores biex jinzamm tajjeb.

Ghad  jonqos hafna f’pajjizna li l-konsumatur ikun mgharraf biex jaghzel bejn dak il-prodott Malti minn dak importat. Irid ikun hemm labelling u branding car  li jiftiehem mill-konsumatur . S’issa ma wasalx bizzejjed il-produttur Malti ghalkemm il-produtturi tal-halib ghamlu pass ta’ ggant matul dawn l-ahhar snin u s-swieq tal-prodotti tal-MDP refghu rashom ’il fuq. Ghad baqa’ aktar x’isir imma zgur li l-industrija tal-halib qieghda taht manigg sod u t-tmexxija soda. Dawn ghandhom direzzjoni cara u ghad jaslu ghal aktar success.

Sfortunatament ghall-industrija tal-majjal u tat-tigieg specjalment tas-simna, is-swieq huma imcajpra. Dawn iz-zewg setturi huma importanti hafna kemm ghax jipprovdu laham frisk u bnin imma wkoll dawn iz-zewg setturi joholqu u jzommu impjiegi li jghinu bil-kbir l-ekonomija tal- pajjiz. Wiehed irid jifred l-industrija tal-majjal minn dik l-industrija tat-tjur! Il-manigg tal-majjal jinvolvi aktar investiment minn dak tat-tjur, u allura rridu niehdu atteggjament differenti ghal kull industrija.

L-industrija tal-majjal tirrekjedi manigg shih. Il-produtturi tal- majjal iridu jkunu maghqudin u jahdmu biex jikkonvincu lill-konsumatur li l-prodotti taghhom huma ferm ahjar minn dawk li huma importati. Iridu jitmexxew taht direzzjoni soda, u jridu jizguraw li l-iswieq ikunu qabel il-produzzjoni. Hemm lok ahjar lejn il-marketing tal-prodotti Maltin, fejn l-istess produtturi jridu jimxu fuq il-passi tal-MDP. B’hekk il-konsumatur Malti jkun aktar konxju fuq il-kwalità tal-prodott Malti, u l-pajjiz jiflah li jkollu popolazzjoni ta’ majjali li hi vijabbli ghal pajjizna.

F’din l-industrija nsibu li fl-irziezet tal-majjali, jintuza hafna ilma barra l-gwiez li jkun impurtat. L-effluwenti tal-irziezet iridu jkunu indirizzati u jintuzaw bhala sors ta’ rizors li jinhtieg fl-ekonomija nazzjonali. Bl-iskart tal-majjali, wiehed jista’ jiggenera l-elettriku u l-ilma          li jkun tajjeb ghat-tisqija tar-raba’.

 

Jekk naraw kemm demel jista’ jkun iggenerat minn kwazi 19,000 baqra u xi 55,000 majjal , barra demel iehor ta’ annimali ohra, u jekk naraw kemm qed ikun iggenerat skart organiku fid-djar taghna, nistghu bil-pjattaforma teknologika nindirizzaw dan l-aspett ambjentali u minnu insahhu l-aspett ekonomiku tal-industrija tal-agrikoltura.

Il-pjattaforma teknologika se tkun l-ghodda li biha se nahdmu lejn agrikoltura sostenibbli f’pajjizna, fejn l-aspetti socjali, ekonomiku u ambjentali jkunu mmaniggjati flimkien. Il-pjattaforma teknologika se tkun solliev  – dak li bl-ingliz jghidu ‘green lever’ li jerfa’ lil kull produttur minn sitwazzjoni li s’issa ma hemm l-ebda sinjal ta’ pjan rigennerattiv li jdawwar sitwazzjoni ta’ falliment ghal sitwazzjoni ta’ success. Il-gvern prezenti qed jahsel idejh minn din is-sitwazzjoni specjalment mill-industrija tal-majjal u tat-tigieg. Kulhadd jaf bl-abbuzi ta’ laham impurtat u li jinbiegh bhala laham frisk ta’ Malta. Issib importazzjoni bil-bahar, u l-ebda spettur tas-sahha ma jiccekkja ghat-traccabilità ta’ dawn il-lahmijiet impurtati.

Ir-rizultat hu li l-laham Malti jibqa’ fuq l-ixkaffa waqt li l-produttur Malti jitlef il-flus meta wkoll fl-istess hin il-konsumatur Malti jkun ingannat.

Gvern Laburista se jaqbad il-barri minn qrunu. Se jkun vigili u se jinforza li l-produttur tal-ikel – kemm dak ir-rahhal jew dak il-bidwi – ma jibqax ikun ingannat minn swieq distorti. Gvern Laburista se jwaqqaf pjattaforma teknologika fejn se tkun immexxija minn xjenzati Maltin, li jkunu akkwistaw dak it-tahrig u l-edukazzjoni  fil-produzzjoni tal-ikel. Il-pjattaforma teknologika se tkun il-qofol u l-bazi li l-industrija tal-biedja titmexxa ’l quddiem – fejn fl-istruttura  tas-sostenibiltà t-tliet dimensjonijiet tal-ekonomija, l-ambjent u s-socjali  se jinghatalhom l-istess piz biex b’ekwita l-kuncett tas-sostenibiltà tal-biedja Maltija  javanza ’l quddiem.

Imma dan se jsehh ghax gvern Laburista se jwettaq tmexxija soda, b’direzzjoni cara li jwassal ghas-success misthoqq ghall-poplu Malti u Ghawdxi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata