F’pajjiz zghir bhal taghna, meta fix-xhur tas-shana qalila, kullhadd jew kwazi jiddeciedi li jerhilha ghall-berah ta’ xatt il-bahar, ma tistax ma thossokx xi ftit jew wisq mahnuq u fgat. Ghac-cokon ta’ din l-art li nghammru fiha, ghandna popolazzjoni relattivament kbira, anki jekk hija wahda li qieghda tixjih. Biex tghaxxaqha din l-art mhijiex moghnija b’rizorsi naturali hlief ix-xemx, il-bahar u l-pajsagg jew ossija dak li fadal minnu. Proprju ghalhekk, f’dawn ix-xhur tas-sajf, il-popolazzjoni f’Malta tkompli tisplodi ‘l fuq bl-eluf kbar ta’ turisti li jigu jzuruna u allahares ma kienx hekk ladarba t-turizmu huwa wiehed mill-ghejjun ewlenin tal-gid ekonomiku ta’ pajjizna.
Id-daqs tal-pajjiz hu dak li hu u nghidu x’nghidu dak hu u hekk se jibqa’. U proprju ghalhekk irridu nippjanaw sew ir-rizorsi limitati li ghandna, nimmassimizzawhom u naghmlu l-ahjar minn dak li ghandna u mhux naraw biss sal-ponta ta’ mnehirna u naghtuh bis-sieq.
Fil-hajja ‘moderna’, mghaggla u kumplessa li llum qeghdin nghixu, anki qabza l-bahar m’ghadhiex haga semplici kif kienet tkun dahri. L-isbah partijiet tal-bajjiet u tax-xtut taghna gew ikkapparrati mill-famuzi ‘beach concessions’ u jew tiddecidi li thallas ghal umbrella u sunbeds, inkella trid tara kif se ssib bil-hniena spazju xi mkien fil-genb f’xi rokna fejn tmattar saqajk u tifrex ix-xugaman tieghek.
Li kieku dawn il-beach concessions inghataw mill-Gvern biex jigu riabilitati partijiet mill-kosta li minhabba, perezempju, blat spuntat u jniggez jew gebel f’qiegh il-bahar l-access ghalihom huwa difficli, nifhimha u ma nifhimhiex. Imma li xatt il-bahar li sa minn zmien ir-Rumani suppost li ma setax jigi approprijat ghal skop privat, dawn il-beach concessions ma kellhom qatt iservu biex dak li jkun jigi kostrett li jkollu jhallas biex jghum fejn jixtieq.
Mawra sal-bahar fil-post favorit tieghi f’Delimara biex inkunu hadna biss ezempju wiehed, sar ghandha hafna minn xi missjoni impossibbli. Mhux se nsemmi l-fenomenu tal-bram li ftit li xejn nistghu naghmlu dwaru sakemm m’ahniex sajjieda li nistadu bl-addocc u bil-goff. Madankollu l-idea li taqsam nofs Malta biex tghum fl-ilma li tkun ilek tghum fih sa minn ckunitek, imbaghad issibu mfawwar bil-bram jew bil-bziezaq tal-hmieg, ma nafx x’jista’ jifdal minnek quddiem sitwazzjoni bhal din, fejn qabel l-ilma bahar kien car kristall u kont tara il-qiegh minn go fih, illum il-gurnata tara biss zliega.
Titfa’ harstek tefgha ta’ gebla ‘l boghod mix-xtajta u tara l-gageg mimlija bl-ghalf ha jsemmen il-hut ta’ go fih li erhilu jbattal imsarnu fil-qiegh. Titfa’ harstek ‘il fuq u tara cumnija enormi daqs ggant iddahhan u tqahqah.
F’dahla minnhom f’din iz-zona, dik li jghidulha l-Hofra, l-ilma jaqleb b’mod awtomatiku minn kiesah ghal mishun, minghajr ma jkollok ghalfejn tixghel ebda gizer. Sewwa sew dan hu l-ilma li jintuza biex izomm fietel l-impjant tal-power station, u li jiskula ghal gol-Hofra mhallat bil-kimika.
Suppost li b’mod regolari tigi mmoniterjata l-kwalità tal-ilma bahar u jigu ppubblikati r-rizultati. Suppost li ghaddejna minn zmien meta ministru Nazzjonalista kien qabez il-bahar tal-Balluta biex jaghti prova li l-ilma bahar ma kienx ikkontaminat bid-drenagg, ghaz-zminijiet tal-lum meta l-kejl tad-drenagg fil-bahar suppost li qieghed isir skont ix-xjenza. Madankollu xorta ghad ghandna bajjiet li jrejhu ghad li skont il-moniteragg li qieghed isir, il-kwalità tal-ilma bahar f’dawn il-bajjiet huwa deskritt bhala ‘eccellenti’.
Kulhadd irid jaghti sehmu sabiex dan ir-rizors prezzjuz tal-bahar inharsuh u nivvalorizzawh. Ibda minna c-cittadini meta nkunu f’xatt il-bahar, m’ghandna qatt inhallu l-post fejn immorru nghumu aghar milli nkunu sibnih ghax it-telqa ggib it-telqa u l-hmieg igib il-hmieg.
Imma l-akbar responsabbiltà taqa’ fuq spallejn l-awtoritajiet varji ta’ dan il-pajjiz li ghandhom id-dmir li jsibu bilanc gust bejn interessi konfliggenti u li jharsu fit-tul biex l-izvilupp f’dan il-pajjiz ikun tabilhaqq wiehed sostenibbli.

| < Prev | Next > |
|---|






