Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-istorja wara l-wicc ta’ Friends of Inspire

E-mail Print PDF
Share

p7010291Zgur li kulhadd sema’ b’Inspire, il-fondazzjoni li twaqqfet bis-sahha ta’ zewg ghaqdiet f’Malta li jahdmu hafna
ghall-gid ta’ bosta persuni bi bzonnijiet specjali. RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ NICOLE BARBARA,
omm TAMIKA li hija tifla bi bzonnijiet specjali, u hija l-wicc tal-Fondazzjoni Inspire.

Inspire hija frott l-ghaqda bejn zewg NGOs ewlenin fis-settur tad-dizabbilità f’Malta u Ghawdex.  Il-Fondazzjoni Eden u r-Razzett tal-Hbiberija nghaqdu biex jghinu aktar minn elf tifel u tifla, kif ukoll adulti, b’dizabbilitajiet fizici u intelletwali.  Dan jsir f’hames centri tal-Inspire f'Malta u Ghawdex.  Il-vizjoni ta’ Inspire huwa l-inkluzjoni, filwaqt li jiffukaw fuq il-bzonnijiet tal-klijenti taghhom billi jahdmu mill-qrib mal-familji, carers, l-istat, NGOs ohra u l-komunità kollha.

Bhalissa Inspire ghaddejjin b’kampanja ta’ gbir ta’ flus sabiex ikomplu jghinu aktar tfal u adulti.  Meta gejt ikkuntattjata mill-ufficcju ta’ Inspire stess sabiex nippubblika l-istorja wara l-wicc ta’ din il-kampanja, ilqajt din it-talba bi hgari, u ninsab certa li din l-istorja ser tmissilkom qalbkom, u theggigkom anke taghtu s-sehem taghkom lejn Inspire.

Fil-fatt il-wicc simpatiku li qed jintuza waqt din il-kampanja huwa tac-ckejkna Tamika – tifla ta’ sena u nofs li twieldet bid-down syndrome.  Tkellimt ma’ Nicole Barbara li tigi omm Tamika, sabiex inkun naf aktar dwar is-servizzi ta’ Inspire, l-izviluppi li sehhew fuq Tamika u fuq kollox dwar l-istess kampanja li qed issir bhalissa.

Nicole propjament hija Germaniza, ghandha 34 sena u mizzewga Malti.  Joqoghdu Haz-Zebbug.

Tghidli li hija mara tad-dar u li l-passatempi taghha huma l-jogging u t-tpingija.  “Jiena mara attiva hafna, dhulija, nlahhaq mal-impenji tal-familja kollha u nhares lejn il-hajja b’mod pozittiv”, bdiet tghidli omm Tamika fil-bidu ta’ din l-intervista.

“Sfida ghal hajjitna kollha”

Illum Tamika ghandha sena u nofs.  Xtaqt inkun naf ir-reazzjoni ta’ Nicole u r-ragel taghha kif kienet hekk kif saru jafu bil-kondizzjoni li twieldet biha Tamika.

“Meta twieldet hadna qata’ kbira ghax qatt ma bsarna li din il-haga tista’ tigi fuqna.  Hekk kif rajniha, gietna imhabba kbira lejha li ma tistax tiddiskrivieha.  Ahna ddecidejna li din ser nehduha sfida ghal hajjitna kollha.  Bhala genituri ahna rridu nkunu ta’ ezempju tajjeb ghall-familji kollha li jinsabu fl-istess sitwazzjoni bhalna”.

Bla dubju ta’ xejn hajjithom kellha tinbidel minn lejl ghal nhar.  “Il-hajja taghna inbidlet hafna bl-impenji ta’ Tamika fosthom li tattendi s-servizzi ta’ Inspire bhal occupational therapy, speech therapy, physiotherapy u sessions ma’ tutor personali taghha.  Barra minn hekk ghandha ukoll medical appointments bhal o/t, E.N.T., cardio, ophtalmic ecc.

Inzid ukoll li ahna bhala familja rridu nahdmu maghha d-dar biex nkomplu nghinuha fl-izvilupp taghha.  Bil-kondizzjoni taghha hija ghandha bzonn iktar attenzjoni minn tfal ohrajn bhal feeding, potty, training, walking ecc”, kompliet tispjegali Nicole b’certa dedikazzjoni liema bhalha.

 

Tamika hija z-zghira minn fost tliet ahwa mill-familja Barbara.  Mitluba tiddeskrivi lil Tamika, ommha Nicole ddiskrivitha bhala tifla gustuza, simpatika u dhulija hafna.  “Tamika taf tigbed il-qlub ta’ kulhadd. Hija ghandha imhabba kbira hafna lejn kulhadd u tiehu gost tkompli ma’ kulhadd.  Tifla tal-genn”.

Tamika ilha tattendi Inspire tista’ tghid mill-ewwel gurnata tat-twelid taghha.  Minbarra t-terapija li tattendi fl-Inspire, Tamika tattendi l-mother and baby club, fejn it-tfal ikunu jistghu jilghabu flimkien u jattendu anke attivitajiet specjali bhal crafts u horse riding.  Apparti dan, l-ommijiet ikunu jistghu jaqsmu l-esperjenza tal-hajja taghhom flimkien.

Mitluba tghaddili aktar informazzjoni dwar il-progress li raw fuq Tamika matul kemm ilha tattendi s-servizzi ta’ Inspire, wegbitni li progress fuqha kien hemm zgur.  “Tamika ghamlet progress kbir f’kull tip ta’ zvilupp fosthom speech u cognitive motor skills fost ohrajn.  Inspire tat importanza kbira bl-emozzjoni u bl-imhabba kbira lejha biex b’hekk tkompli tghinha fis-self-esteem taghha”, fissritli Nicole.

B’hekk ukoll fi kliem Nicole stess, fissritli kemm id-donazzjonijiet tal-poplu lejn Inspire huma ta’ mportanza kbira.  “Id-donazzjonijiet jghinu iktar fil-bzonnijiet tat-terapiji u jinxtara equipment modern biex jghinuhom jitghallmu izjed fl-izvilupp tal-hajja taghhom.  Tinsiex tista’ tkun int”, sahqet mieghi Nicole.

Fl-ahharnett tlabt lil Nicole tghaddi messagg lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal, u hallejt f’idejha biex twassal il-messagg taghha.

“Jiena nixtieq naghmel kuragg lil dawk il-familji li jinsabu fl-istess sitwazzjoni bhalna.  Inzid ukoll dan il-hsieb li nixtieq nispjega lill-qarrejja li din is-sitwazzjoni tista’ titqabbel ma’ meta tkun ilek li ppjanajt vaganza ghall-Italja, izda l-ajruplan jispicca jillendja l-Olanda minflok.

Zgur li dak il-hin ser tghid din mhux il-vaganza li ppjanajt, izda fl-istess hin ma tantx ikun hemm wisq x’taghmel jew iddur lura.  Izda jekk taghti cans lis-sitwazzjoni li tkun giet kif giet, u taccetta l-fatt, allura tgawdi l-pjanuri li taf toffri l-Olanda flok l-Italja f’dan il-kaz.  Hekk l-istess is-sitwazzjoni tal-hajja li giet fuqna permezz ta’ Tamika.  Jiena nixtieq li dawn it-tfal ikollhom aktar opportunitajiet fil-hajja taghhom biex isibu xoghol addatat ghalihom u nies jintegrawhom fis-socjetà bla ma jigu ttrattati b’mod differenti”, temmet tghidli mimlija kuragg Nicole.

Permezz tal-Friends of Inspire, minn €3 fix-xahar biss inti tista’ taghmel impatt dirett fuq il-hajja tal-klijenti tal-Inspire. Dawk kollha li jixtiequ jissiehbu fil-Friends of Inspire jistghu jaghmlu dan billi jidhlu fuq is-sit elettroniku www.inspire.org.mt/donate u hemmhekk ghandhom ghazla li jistghu joffru donazzjoni ta’ €3, €5, €10 jew €25 fix-xahar.  Id-donazzjonijiet jistghu jsiru wkoll permezz tat-telefon, billi jcemplu n-numru 21890000 u jsaqsu ghal Danica Falzon.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata